best deal

Wednesday, 2 May 2018

5 affarijiet li jogħġbu u jdejqu lill-istudenti



Dawn li ġejjin huma 5 affarijiet li jogħġbu u jdejqu lill-istudenti.



Affarijiet li jogħġbuna

Free Lessons

Bil-free lessons l-istudenti jistgħu jirrilassaw, jagħmlu xogħol tad-dar jew jitkellmu mal-ħbieb.


Għalliema li jifhmu lill-istudenti

Għalliema li jifhmu l-istudenti jgħinuhom jitgħallmu f’ambjent aħjar u ma jkunx hemm pressjoni. 


Ħarġiet

Tfal jkollhom opportunitajiet li jqattgħu ftit ħin barra mill-iskola fejn xorta waħda għandhom ċans li jitgħallmu xi ħaġa ġdida b’mod differenti mill-bank tal-iskola.


Suġġetti tal-options

Tfal għandhom l-opportunità li jitgħallmu suġġett li jinteressawhom bħal arti, P.E, mużika li ’l quddiem jistgħu jgħinuhom fil-karrieri tagħhom.


Esperjenza ta’ xogħol

Studenti jkollhom iċ-ċans iqattgħu xi jiem ġewwa post tax-xogħol li jistgħu jaħdmu fih ’il quddiem u jesperjenzaw xi ħaġa unika.





Affarijiet li jdejquna

L-attitudni ħażina ta’ għalliema

Hemm xi għalliema li l-attitudni tagħhom lejn l-istudenti ma tkunx xierqa u b’hekk ir-relazzjoni ta’ bejniethom ma tkunx waħda tajba u ma twassalx għall-ġid.


L-uniformi

L-uniformi li l-istudenti jkollhom jilbsu mhijiex komda u b’dan il-mod nemmnu li l-istudenti jitilfu l-interess tagħhom minħabba nuqqas ta’ kumdità.


Ħafna homework

L-għalliema ma jqisux li hemm suġġetti oħra barra dak li jgħallmu huma u b’hekk il-ħin li sippost iqattgħu mal-familja d-dar jispiċċa mqatta’ jagħmlu x-xogħol tal-iskola.


Nuqqas ta’ faċiltajiet għal ċerti suġġetti

F’ċerti suġġetti bħall-edukazzjoni fiżika jkun hemm bżonn ta’ ċertu apparat attapost bħal-lasti tal-futboll, kif ukoll ambjent meħtieġ li jkun nieqes u allura ma jkunux jistgħu jiġu pprattikati ċertu attivitajiet.


Ħinijiet kmieni

Ċerti studenti li jaslu għall-iskola bi trasport provdut, ikollhom iqumu kmieni ħafna u b’dan il-mod ikunu għajjiena ħafna matul il-ġurnata.



Fl-aħħar mill-aħħar l-iskola hija importanti ħafna, bit-tajjeb u l-ħażin kollu, dan għaliex it-tagħlim wassal biex fil-futur il-ħolm tiegħek isir realtà u jkollok ix-xogħol li dejjem xtaqt b’attitudni tajba lejn is-soċjetà.

Dan l-artiklu nkiteb minn Maya Sesay u Mattea Schembri, żewġ studenti tal-Kulleġġ San Nikola, Skola Sekondarja, ta’ Ħad-Dingli.



No comments:

Post a Comment