best deal

Thursday, 1 March 2018

Id-Deputat Laburista Clifton Grima jerġa' jsir papà


Is-Segretarju Parlamentari Laburista Clifton Grima sar papà għat-tieni darba.


Ilbieraħ Dr Clifton Grima reġa' sar papà, din id-darba ta' tifla, bl-isem ta' Julia Marie. Aħna tkellimna miegħu u qalilna x'ħass ilbieraħ. "Kont ħerqan ħafna għat-twelid ta' Julia Marie. L-ewwel wild kien tifel, Michael, u issa kellna tifla. Xħin rajtha lanqas kliem ma kelli biex niddeskrivi dak li ħassejt. Bkejt bil-ferħ u xħin smajt dik il-bikja, għedt, 'Twieldet'. Kien ferħ kbir. Dan huwa miraklu."

Jitkellem bħala papà ta' żewġ ulied. "Bħala papà, l-ulied huma l-iktar persuni importanti f'ħajtek. Hija l-ikbar emozzjoni li wieħed jista' jħoss meta jżomm f'idu lil uliedu. Lil Michael, lit-tifel, preparajtu ħafna għaliha, jiġifieri  jiena flimkien ma' ommu, spjegajnielu li ġejja oħtu ż-żgħira u li se jkollu iktar responsabbiltà ta' 3 snin bħala ħuha l-kbir."


Clifton Grima jgħaddi messaġ lil uliedu. "Il-messaġġ tiegħi, anke bħala politiku, irrid naħdem ħalli nħalli dinja aħjar milli kienet u li nħalli futur aħjar minn dan. Ngħaddilhom dan il-messaġġ: l-aħwa qegħdin hemmhekk biex jieħdu ħsieb lil xulxin, jieħdu paċenjza b'xulxin u jgħinu lil xulxin. Huma kollox għalija."


No comments:

Post a Comment