best deal

Monday, 23 July 2018

Jekk għandek problema bl-umdità f'darek, aqra dan li ġej



Ħafna huma dawk il-postijiet li jkollhom is-soqfa sal-ħitan tal-kmamar tal-post tagħhom kollha swidija u moffa.


L-umdità hija uġigħ ta' ras kbira għal min irid post mingħajr swidija u moffa. Ħafna huma dawk li jbajdu biex jgħattu, iżda jbajdu kemm ibajdu, wara ftit din is-swidija kollha terġa' toħroġ għax il-problema tkun baqgħet hemm. U din se tibqa' hemm, sakemm ma jkollokx l-arja għaddejja.
Aħna tkellimna ma' Erskine Vella, minn Best Deal Properties, li ilu għal dawn is-snin kollha fl-industrija tal-propjetajiet, u mill-esperjenza f'dan il-qasam għandu s-soluzzjoni għalik bħala żviluppatur Malti tal-propjetà.




Jispjegalna dwar dak li jara f'ħafna postijiet Maltin lima jkollhomx is-sistema li jeħtieġu biex jevitaw l-umdità f'darhom. "L-umdità f'Malta sfortunatament hija għolja ħafna. Ġieli jkollok postijiet li jkunu qed iħarsu lejn it-tramuntana (north facing), u minkejja jkunu mikxufin u ma jkunx daħal ilma fihom, titla' l-moffa mal-ħitan u s-soqfa. Din hija problema komuni f'ħafna postijiet."

Best Deal Properties, li jieħdu ħsieb li l-post ikun kif iridu l-klijenti, u bla ebda dubju mingħajr moffa, swidija u umdità, għandhom is-soluzzjoni għalik. "Is-soluzzjoni għall-umdità fil-post tiegħek, hija l-vendilazzjoni. Jiġifieri jkun hemm l-arja għaddejja." Erskine jispjegalna kif b'sistema li għandhom huma u li jużaw, din l-arja tiġi ċċirkulata mal-post kollu. "B'vendilatur fuq, jekk inti tagħlaq il-post kollu, l-arja se tibqa' biss hemm fuq biss. Għalhekk ma jkollokx arja għaddejja mal-post kollu. Is-soluzzjoni, b'mod naturali jew mekkanizzat, hi li jkollok l-arja dejjem għaddejja fil-post fejn l-iktar tintlaħaq ċerta umdità, u b'hekk l-arja l-ħin kollu tkun qed tinbidel."

Din is-sistema hija komuni ħafna fil-postijiet ta' barra minn Malta, u Best Deal Properties qed jintroduċuha wkoll fil-postijiet f'Malta. Għalhekk, jekk beħsiebek tixtri post, li jkollu n-neċċessitajiet kollha, u fejn mhux se jkollok l-umdità, Best Deal Properties l-għażla għalik.

Illum il-ġurnata, Erskine u Chris, l-iżviluppaturi tal-propjetajiet tal-Best Deal Properties, huma tnejn mill-aktar żviluppaturi tal-propjetà mfittxijin f'Malta minħabba x-xogħol professjonali tagħhom fil-proġetti ta' kostruzzjoni li jagħmlu madwar Malta u Għawdex.

Jekk trid tkun taf aktar dwarhom u dwar ix-xogħol tal-Best Deal Properties, tista' tidħol fuq is-sit tagħhom, u anke fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom.

No comments:

Post a Comment