best deal

Friday, 6 July 2018

"It-tifla tiegħi tniggżet minn siringa li sabet fejn il-baħar"



Din l-omm tispjega kif għandha 3 xhur tistenna r-riżultati tad-demm tat-tifla biex tara jekk ħadithiex xi mard minn din is-siringa li tniggżet minnha.



Aħna tkellimna mal-omm, Jessica Mackay li tgħaddilna dak li ġara xahar ilu, meta flimkien mat-tfal tagħha marru jgħumu fejn il-fossa tal-Belt. "Kienu qed jilagħbu fejn il-baħar u mal-art kien hemm siringa. It-tfal sabu waħda, u t-tifla, li għandha 7 snin, ma kinitx taf x'inhi, qabditha u tniggżet biha."

Jessica ħadet lit-tifla l-polyclinic u minn hemm spiċċat l-isptar. "Iġġennint xħin indunajt x'inhi. Għall-ewwel meta bdejt ngħajjat biex nara x'inhi, it-tfal qabdu u tefgħuha l-baħar. B'hekk ma sajtx nara x'kellha fiha jew x'ma kellhiex. Ħadtha l-polyclinic u minn hemm bagħtuni l-isptar biex it-tifla tieħu t-testijiet tad-demm. Ċerti riżultati ta' dawn t-testijiet, bħal tal-HIV, idumu 3 xhur biex jagħtuhomlna. Aħna nafu kemm aħna inkwetati."


U tgħaddi suġġeriment dwar is-siringi li jingħataw mill-kliniċi. "Din tista' tiġri lil kull tifel u tifla f'Malta. Jiena s-suġġeriment tiegħi huwa li Malta għandha tkun bħall-pajjiżi ta' barra. Jekk il-kliniċi jagħtuk 4 siringi, xħin tkun użajthom, toħodhom lura hemmhekk u jagħtuk 4 ġodda. Mhux jagħtuk 4 u xħin jintużaw, jaqbdu u jitfgħuhom fejn ġie ġie bla rispett ta' xejn. Jien m'għandix kontra dawn in-nies, imma dan periklu li jkun hemm tfal innoċenti li jitniggżu minn siringa u jieħdu marda għax din intefgħet bl-addoċċ, jiena weġgħa ta' qalb."

No comments:

Post a Comment