best deal

Friday, 6 July 2018

Dan huwa l-uniku programm fejn ir-rigal li tixtieq tagħżlu inti



Min-nhar it-Tnejn, fid-9pm fuq TVM se jerġa' jibda l-programm jismu Tough Luck. Huwa game show ibbażat kollu kemm hu fuq kemm int fortunat, u l-akbar differenza li għandu minn game shows oħra huwa li r-rigal li tixtieq tirbaħ tagħżlu int.


F'kull programm, li jiġi ppreżentat minn Angie Laus u PJ Vassallo Mintoff, jilagħbu tliet kontestanti u fih jkun hemm 6 teżori. F'3 teżori hemm it-tliet rigali li jridu t-tliet kontestanti. Fit-tliet teżori l-oħra hemm tliet rigali redkoli li ħadd ma jkun jixtieq jirbaħ.



Kull parteċipant jagħżel teżor u jgħaddi minn sensiela ta' rounds li jwassluh biex bil-mod jikxef x'hemm fit-teżor tiegħu, u eventwalment x'hemm fit-teżori l-oħra. Matul ir-rounds il-kontestanti jkunu qed jirbħu diversi rigali oħra imma wkoll ikunu qed jissugraw li jitilfu kollox.

Il-kontestanti jistgħu jagħżlu li jibdlu t-teżori, jitkeċċew mill-programm jew ikeċċu kontestant ieħor mill-programm, fost l-oħrajn.



Il-programm huwa l-kreazzjoni tal-istess imħuħ li ħolqu u pproduċew il-game show "Ħadd Għalik," li ilu jixxandar fuq l-Istazzjon Nazzjonali għal dawn l-aħħar 11-il sena. 

Aħna nawguraw lill-konstestanti kollha good luck u mhux tough luck.

No comments:

Post a Comment