best deal

Thursday, 14 June 2018

Wara 3 xhur tqum mill-koma



Sentejn ilu, Naomi ta' 21 sena kellha inċident ikrah tat-traffiku u fih miet is-sieħeb tagħha.


Kien Lulju, meta Naomi ttieħdet b'urġenza l-isptar ta' Bari, ġewwa l-Italja. L-inċident tant kemm kien ikrah li kienet fil-periklu li titlef ħajjitha.

Dwar dan l-inċident tkellimna ma' Emanuel Spiteri mill-Keshe Foundation Malta. Jgħidilna kif b'dan l-inċident, din it-tfajla kienet f'koma. "Kawża ta' dan l-inċident, Naomi ddaħħlet l-isptar u spiċċat f'koma. Kellha mal-20 ksur f'ġisimha, weġġgħet l-ispina ta' darha, ħsara kbira f'moħħha u fl-organi tagħha, u għamlet bejn kwarta u għoxrin minuta mingħajr ossiġnu f'moħħha."



L-uġigħ tant kemm kien qawwi li qalbha bdiet tħabbat iktar minn normali. Dan żied iċ-ċans li Naomi tmut. "Minħabba l-uġigħ li kellha, qalbha bdiet tħabbat 130 kull minuta, lejl u nhar." It-tobba bdew jitilfu t-tama. "It-tobba ma setgħux jagħtuha pain killers għax dawn kienu jivvelenawha. L-unika possibbiltà li kien hemm biex qalbha tħabbat b'rata normali, kien li jmurilha l-uġigħ wara li jingħaqad l-għadam li kien inkissirlha."

Tant kemm kienet fi stat gravi, li lil missierha Giovanni jibdew jippreparawh għat-telfa ta' bintu. "It-tobba qalulu li anke bil-mediċini m'hemmx ċans li ssalva. Fil-fatt it-tobba ppreparawh biex jieħu t-terapija għax bintu kienet se tmut. Apparti minn hekk, lil bintu poġġewha f'kamra qalb in-nies li ma kienx hemm ċans li jirkupraw." 

Però Giovanni ma tilifx it-tama u jdur għal teknoloġija ta' Kesha Foundation. "Giovanni kien l-uniku bniedem li baqa' jittama u ddeċieda li juża tekonoloġija ġdida li ssuġġerixxiha Mehran Tavakoli Keshe, il-Fundatur tal-Keshe Foundation. Għalhekk missierha pprova jsib mod biex jerħilha l-uġigħ sakemm jingħaqqad l-għadam."



Missierha uża t-teknoloġija msejħa Keshe Plasma Science Technology u din tibda taħdem fuq bintu wara biss tliet kwarti. "Biex inaqqas l-uġigħ, missierha pprepara żewġ kutri, poġġihom fuq xulxin taħt bintu, mela dawn il-kutri b'żewġ litri ta' liquid plasma water, u l-uġigħ waqaf kompletament f'45 minuta li ntużat din it-teknoloġija. B'dan il-likwidu, b'iktar minerjali u nutrijenti, għamel ukoll elmu biex itaffi l-ġrieħi li ġarrbet f'moħħha."

B'din it-teknoloġija, fi 3 xhur Naomi ħarġet mill-koma u llum qed tgħix grazzi għaliha. Li għadna ma semmejniex hu li Malta hi parti minn din il-Fondazzjoni li bit-teknoloġija tagħhom salvaw nies bħal Naomi.



Għaldaqstant, Keshe Foundation tixtieq li din it-teknoloġija tiġi użata madwar id-dinja kollha, inkluż f'Malta. "Il-fondazzjoni għamlet sejħa lill-gvernijiet ta' madwar id-dinja u offriet li tikkura 10 każijiet ta' koma fi 3 xhur, biex turi s-saħħa li għandha din it-teknoloġija. Barra minn hekk nixtiequ li t-tobba Maltin u xjentisti, jitgħallmu dwar din it-teknoloġija biex jużawha. Fost ħafna affarijiet, nixtiequ li t-tagħlim ta' din it-teknoloġija jkun inkluż fis-sistema edukattiva u biex l-awtoritajiet jinvestigawha. Jekk din it-teknoloġija tiġi implementata f'Malta, il-fondazzjoni temmen li biha jsalvaw iktar in-nies," itemm jgħidilna Emanuel.

3 comments:

  1. Jien ukoll użajt it-teknoloġija msejħa Keshe Plasma Science Technology u ghaddili meta kelli dahri jugani! Uzajt ukoll din it-teknologija fuq sigra li kienet kwazi mietet u reget hadet ir-ruh.

    ReplyDelete