best deal

Friday, 22 June 2018

BIL-FILMAT: Illejla f'Xarabank se niġbru imma mhux flus ...



Illejla f'Xarabank se nkomplu l-programm tas-saħħa mentali.


Dwar dan il-programm tkellimna mal-preżentatur Peppi Azzopardi li jgħidilna kif mhux se niġbru flus. "Illejla qed nistiednu n-nies tan-negozju biex jagħtu affarijiet u prodotti tagħhom għal din id-dar. Qed nistiednu lill-ħaddiema bħal electricians, ħaddiema fil-kostruzzjoni, plumbers, tal-madum biex jagħtu s-sigħat u hekk din id-dar mogħtija mill-Knisja lir-Richmond Foundation, ġebel u saqaf tkun tista' tilqa' tfal u żgħażagħ b'kundizzjonijiet ta' saħħa mentali." 

Ħadna wkoll kumment ta' Stephania Dimech Sant, CEO ta' Richmond Foundation. "Fejn jidħlu żgħażagħ u tfal, u saħħa mentali hemm bżonn ħafna ta' dawn is-servizzi. Jekk illejla jirnexxilna, b'din id-dar inkunu qed nagħmlu pass ieħor important."

No comments:

Post a Comment