best deal

Wednesday, 25 April 2018

BIL-FILMAT: Dawn iż-żgħażagħ urew il-problemi li għandna fis-soċjeta'


Ftit tal-ġimgħat ilu, żgħażagħ fil-Kulleġġ ta' San Benedittu f'Ħal Kirkop, telgħu fuq il-palk, u quddiem kulħadd stqarrew il-problemi li għandna fis-soċjeta'.


L-attivita' li kienet ittellgħet kien jisimha BU (Be Yourself), u l-għan tagħha kien li tħeġġeġ lill-istudenti biex ma jibżgħux ikunu dak li huma, u ma jibżgħux jgħixu dak li verament jagħmilhom kuntenti.

Ir-rappreżentazzjoni kien fiha wkoll kanzunetta oriġinali miktuba minn Maria Bellia, li hija studenta fl-istess skola. 

Il-koreografija f'din l-attivita' kienet impressjonani, u kienet mimlija simboli ta' problemi li għandna fis-soċjeta' tal-lum.

Matul il-ġurnata, l-iskola stiednet diversi kelliema f'forums organizzati apposta għall-istudenti u l-ġenituri. Fost il-kelliema kien hemm il-President ta' Malta, iċ-ċkejknin Samuel Farrugia u Katriel Zahra, u Chucky Bartolo mil-Lovin' Malta, l-avukat Dr Deborah Schembri, l-Avukat Dr Kevin Cutajar u ċ-Ċermen tal-KNPD, Oliver Scicluna.

Ix-xogħol ta' din l-iskola huwa ta' min infaħħruh, għaliex dawn in-nies qed jippromwovu s-solidarjeta', l-inklussivita', u r-rispett, u qed iwasslu l-messaġġ li min hu differenti mhux talli mhux importanti, imma talli għandna bżonnu, għax jgħinna nikbru aktar bħala soċjeta'.



1 comment:

  1. https://www.youtube.com/watch?v=DzAhnFz58eM

    Song Wake Up B.U.

    ReplyDelete