best deal

Thursday, 15 March 2018

BIL-FILMAT: Jiġu għalih il-Pulizija talli ma sejjaħlux 'Professur'


4 karozzi flimkien ma' 10 pulizija jiġu għal żagħżugħ wara li naqas milli jindirizza liċ-chairperson tal-Awtorità tal-Ippjanar, bit-titlu tiegħu ta' professur.

Aħna tkellimna ma' Robert Louis Fenech, iż-żagħżugħ li naqas milli jindirizza liċ-chairperson 'professur'. "Kont qiegħed fil-board room tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn kienet qed tittieħed deċiżjoni fuq il-lukanda f'Kalanka. Ridt nagħti l-kumment tiegħi u ħassejt li ċ-chair kien qed jinjorani. Jiena kellimtu b'ton li ma kienx xieraq u dak il-ħin għedtlu 'oj' biex niġbidlu l-attenzjoni. Dlonk tlabtu skużani. Meta rajt li kien qed jinjorani, minflok indirizzajt il-kummenti tiegħi lil Vince Axiaq, u ma għedtlux Profs. Dak il-ħin iċ-chair iddeċieda li dan kien wisq u tefgħani 'l barra."
Robert jintalab joħroġ 'il barra iżda ma joħroġx. "Jien tlabtu raġuni li l-għala jrid jitfagħni 'l barra. Ma tanix raġuni u qal li m'għandux għalfejn jagħtihieli. Dak il-ħin għedt mela mhux se noħroġ 'il barra. Kont naf li se jiġu l-Pulizija imma jiena mhux se nibża' jekk naf li qiegħed fis-sew. Wara ġew 4 karozza b'10 pulizija, ħaduli d-dettalji u telqu."
Inti x'taħseb? Ikkummenta hawn taħt.

No comments:

Post a Comment