best deal

Monday, 19 February 2018

BIL-FILMAT: "Twelidt u 'l ommi ma sabuhiex"


Dan Mar. Meta twieled, lil ommu ma sabuhiex.
F'Xarabank Mar irrakkonta kif sagħtejn wara li twieled, ommu sparixxiet. 'L-istorja li jgħiduli tal-familja hi li ftit wara li twelidt, lil ommi ma sabuhiex. It-tobba indunaw li kien hemm tarbija qed tibki u skoprew li ommi kienet telqet, u jien spiċċajt waħdi."

Din taffettawh lil Mar xħin jiftakar fiha. "Illum inħossha ħafna u taffettwani ħafna lejlet l-birthday tiegħi, fil-Milied u fil-ġranet li jgħaqqdu 'l-familja. Inħossni ġewwa għax hemm persuna nieqsa f'ħajti. Però fl-istess ħin, xi ħaġa pożittiva hi li jien ġejt addottat u llum għandi familja."

Mar għadda minn fażi fejn għamel ħsara fuqu nnifsu. "Tant kemm hi weġgħa b'saħħitha, li l-uniku rimedju kien naqta' ġismi bix-xafra." Mar jgħidilna kif nanntu sabitu f'tarf il-bejt. "Fil-bidu taż-żgħożija kont niġi bbulljat minħabba li bdejt nuri jien min jien. Darba minnhom tant kemm ma flaħtx iżjed li kont wasal f'xifer il-bejt u f'ħin minnhom nara lin-nanna. Li kieku ma kinitx hi, kieku m'iniex qiegħed hawn. Jiena nemmen li qatt ma tħallini waħdi n-nanna tiegħi, nagħmel x'nagħmel."



Għall-għajnuna ċempel 21224580.

No comments:

Post a Comment