best deal

Friday, 2 February 2018

"Qed ngħix ħajja ġdida ta' talb u trankwillita' kbira" - Fabrizio


Fabrizio kuljum jaqra vers mill-Bibbja qabel ma jorqod u xħin iqum.



Meta mistoqsi kif jinsab, Fabrizio jgħid, "Nizzi ħajr lil Alla ninsab tajjeb ħafna u fil-paċi." Dlonk Peppi jistaqsih dwar kif sab lil Alla f'ħajtu. "Jien dejjem kont nemmen f'Alla. Pero' dan l-aħħar sibtu u sibt il-paċi ġewwa fija. Illum il-ġurnata ma nistax ma naqrax vers mill-Bibbja qabel ma norqod u filgħodu xħin inqum. Ma jfissirx li sirt xi qaddis imma nħossni ħafna fil-paċi, u norqod u nqum aħjar."

Minkejja l-problemi li ltaqa' magħhom, Fabrizio jgħid li l-ħajja trid tkompli. "Il-ħajja trid tkompli. Il-ħajja mimlija nżul u tlajjiet. Pero' l-importanti li taffaċċja l-problema, tqum, tieħu stand, tagħmel sagrifiċċju, u bil-motivazzjoni u d-determinazzjoni terġa' ssib lilek innifsek u tħares 'il quddiem."

Fabrizio se jkun magħna llejla f'Xarabank. Għalhekk titilfux!

No comments:

Post a Comment