best deal

Friday, 2 February 2018

Omm Petra għaddiet minn kanċer tas-sider


Omm Petra għaddiet minn kanċer iżda matul din il-marda baqgħet pozittiva.


F'Xarabank, Petra tgħidilna li dak kien iż-żmien li ma kienx faċli. "Hija l-persuna li l-iktar li nħobb u li tiġi darba fost oħrajn u tgħidlek, 'Għandi boċċa. Ejja ħossha għax qed inħossha iebsa,' mhijiex faċli. F'moħħok tibda taħseb li jista' jkun kanċer. Xħin jiġu u jgħidulek li kanċer imbagħad tikkontrolla. Imma tant hi kuraġġuża li bla ma trid tagħmillek il-kuraġġ."

Ommha tistqarr li baqgħet pożittiva għaliex temmen li din tgħin f'kollox u li llum tinsab tajba.

No comments:

Post a Comment