best deal

Thursday, 8 February 2018

BIL-FILMATI: "Nikkunsidra li nerġa' nieħu sehem fil-Eurovision" - Janice Mangion



Janice Mangion tgħidilna li mhijiex ċerta jekk il-kanzunetta tkunx bil-Malti.

Fil-Eurovision tas-sena l-oħra, Janice, li ġiet fit-tieni post bil-kanzunetta Kewkba, tikkunsidra li terġa' tieħu sehem fl-MESC. "Nerġa' nikkunsidra li nieħu sehem fil-Eurovision fil-futur. Għadni ma nafx jekk niħux sehem is-sena d-dieħla għax għadni ma ħdimt fuq xejn imma jekk ikolli materjal tajjeb, għaliex le?" Tkun bil-Malti jew bl-Ingliż? "M'iniex ċerta jekk tkunx bil-Malti jew bl-Ingliż," tiżvelalna Janice. Però f'intervista oħra li Xarabank kien għamel magħha, Janice kienet qaltilna li hawn għatx kbir għal-lingwa tagħna kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna.



Illejla, Janice se toħroġ kanzunetta oħra, din id-darba ddedikata lil ommha. "Kienet ilha tberren f'moħħi li xi darba naħdem fuq kanzunetta li nista' niddedikaha lil ommi għax-xogħol siewi li dejjem għamlet miegħi. Hija qatt ma kellha ħajja faċli iżda għamlet minn kollox biex dejjem tarani kuntenta. L-imħabba tal-omm hija xi ħaġa verament inkredibbli u għalhekk jiena nsejħilha warda. Niddedikaha wkoll dak il-ġenitur li tella' lit-tfal waħdu u għandhom nuqqas ta' ġenitur minnhom." 

Però l-proġetti ta' Janice matul dawn l-aħħar 12-il xahar ma waqfu qatt. Fil-fatt fl-akbar festival fil-lvant tal-Ewropa, Slaviansky Bazaar, ikklassifikat mal-ewwel għaxra wara li kantant bil-Malti, bl-Ingliż u anke bir-Russu.



Warda nkitbet fuq mużika ta' Mark Scicluna u Cyprian Cassar, bi kliem ta' Emil Calleja Bayliss. 



Għal iktar informazzjoni dwar Janice u Warda, idħlu fis-siti soċjali fuq Facebook, Twitter, u Instagram.

No comments:

Post a Comment