best deal

Wednesday, 28 February 2018

Kien se jsir jaf li miet missieru mingħand tal-funerali



Illum Holger Saliba bagħat imejl lill-Membri Parlamentari biex isir tibdil fil-liġi.


F'Novembru li għadda, Holger kważi sar jaf li miet missieru mingħand tal-funerali. "Wara ftit minuti li miet missieri, ġew id-dar żewġ kummissjonanti u kieku ma kienx ħabib tiegħi li waqqafhom, prattikament wieħed minnhom kien se jagħtini l-aħbar li miet missieri."

Din Holger ma jaċċettahiex. "Dan huwa ċar li xi ħadd tahom l-informazzjoni għax kien biss ftit minuti wara li miet il-papà li ġew tnejn fl-istess post. Din għalija ma kinitx aċċettabbli. Veru stennejt 3 xhur u nofs biex tkellimt, imma rriflettejt dwar x'għandi nagħmel b'din il-ħaġa, u ħassejt li għandi nagħmel xi ħaġa."


Ritratt: Holger Saliba
U Holger jibgħat imejl lil Ministru. "Kont ktibt imejl fis-17 ta' Frar fejn wara l-Ministru ta istruzzjoni lill-Mater Dei biex jagħmel rapport lill-Pulizija. Erġajt bgħatt imejl lill-istess Ministru u kien hemm xi nies oħra kkupjati fejn għedt li din hija xi ħaġa kbira u hija prattika komuni ħafna." 

Però llum Holger jibgħat imejl lill-Membri Parlamentari kollha. "Ma kontx kuntent bir-risposta u ddeċidejt li nibgħat imejl lill-Membri Parlamentari kollha fejn issuġġerixxejt tibdil fil-liġi kif ukoll li jkun hemm board tal-etika."

Jistqarr li dan qed isir biex wieħed iħaxxen butu. "Għandek ksur tad-data protection u xi ħadd joħroġ informazzjoni, jagħtiha lil ħaddieħor, f'dan il-każ il-kummissjonant tal-funerali, mingħajr il-kunsens tagħhom. Dan qed isir possibbilment għal gwadann personali. Jiena avviċinawni xi nies u apparentament ilha għaddejja."


"Nispera li jkun hemm messaġġ ċar. Ma tistax tkun uffiċjal pubbliku, persuna b'pożizzjoni pubblika jew għandek ċertu poter, fejn għandek aċċess għal informazzjoni sensittiva u tuża din il-pożizzjoni biex tħaxxen butek," itemm jgħidilna Holger.

No comments:

Post a Comment