best deal

Friday, 5 January 2018

BIL-FILMATI: Sabina kienet bassret id-data ta' meta ħa tmut


Maxine u Chanelle jitkellmu dwar Sabina li mietet ftit xhur ilu.

F'Xarabank, Maxine tirrakkonta kif wara l-Eurovision, ommha Sabina bdiet taġixxi mhux bħas-soltu. "Għamlet ħabta tħawwad ftit u bdejna ngħidu lil xulxin, 'X'inhu jiġrilha?' Darba minnhom kont qed nistudja, kien eżatt wara l-Eurovision, u bdiet tiġi taqbad miegħi u taqbad tkanta. Bdejt ngħid: 'Ommi xi ġaralha?' u bdejt niġġieled magħha. Ċempilt liz-zija u lin-nanna, u għedtilhom li se niġi għandhom għax ommi ma kinitx qed tħallini nistudja."

Ommha baqgħet taġġixxi hekk. "Baqgħet għaddejja ġimgħa u missieri qalilha li se jeħodha ftit s'għand it-tabib. Ħsibt li kienet qed tagħmel hekk għax ftit qabel kien ħalliena n-nannu. Imma bagħad beda jaqbadha uġigħ ta' ras il-ħin kollu u sirna nafu x'għandha."

Chanelle, oħt Sabina, tirrakkonta wkoll dak li għaddew minnu ftit xhur ilu. "Kienet ċemplitli Maxine u qaltli li oħti qed tħawwad u li trid teħodha l-Eurovision. Bdejt nistaqsiha jekk hijiex rieqda jew jekk forsi hijiex toħlom. Pero' Maxine qaltli li le. Minn hekk bdejna nindunaw li għandha xi ħaġa."

Sabina tbassar id-data li fiha ħa tħalli din id-dinja. "Wara li sirna nafu x'għandha, qabel il-biopsy kienu se jqaxxrulha xagħarha. Kienet qaltli, "Jaħasra għat-tieġ tiegħek ... " Kont għedtilha, 'Sab, jiena u Steve diġa' tkellimnieha din. Fil-każ inbiddlu d-data. Mhijiex problema. L-aqwa li tkun okay.' Kienet qaltli: 'Ara ma tivvintax għax kull darba hekk sejra inti li trid tbiddel id-data. Inti mhux fit-28 ta' April ħa tiżżewweġ?' Għedtilha: 'Le fit-28 ta' Mejju.' Qaltli: "Għax jiena sa dakinhar nagħmel.' U veru sa dakinhar għamlet. Ma kinitx taf imma donnu l-Bambin kien diġa' qed jippreparana li dakinhar se jeħodha."

Ara l-funeral ta' Sabina hawn taħt:

No comments:

Post a Comment