top bar

Saturday, 9 December 2017

"Ikollna tarbija u t-tfajla għamlitni 'unknown father' fir-reġistru"


Daniel u tfajla jkollhom tarbija u jiġi rreġistrat bħala unknown father.

"Kont qed noħroġ ma' tfajla u nqabdet tqila. Ma kinitx ippjanata imma ftehmna flimkien li nrabbu t-tarbija u nagħmlu familja. Qattajna t-tqala kollha flimkien, konna mmorru flimkien għand it-tabib u l-gyne u kollox. U welldet. Kellna tifla. U kollox kien sew. Bdejt ngħidilha biex immorru nirreġistraw it-tifla u dejjem tgħidli: 'Issa mmorru.' Għadda xahar u sirt naf li kien marret waħedha u għamlitni unknown father."

Daniel ma setax jemmen. "Lanqas ridt nemmen. Tkissirt." Daniel u t-tfajla ma jibqgħux flimkien. "Xorta ridt nieħu r-responsabbiltà tat-tifla. Jiena ġibtha u għandi l-obbligu li nieħu ħsiebha. U bdejt ngħid lit-tfajla biex jekk trid titlaqni, imma għall-inqas tikteb ismi bħala missier it-tifla għaliex jien ma rridhiex li tikber ma tafx min hu missierha u jien irrid ngħin fit-trobija tagħhom."

Daniel jiġri wara l-awtorità biex jieħu r-responsabbiltà. "Iva bqajt niġġieled. Infaqt b'kollox €6,000 biex għamilt id-DNA test u rriżulta li t-tifla tiegħi. Kont immur il-Qorti u jarawni l-ommijiet u jgħiduli: 'Aħna niġġieldu biex jagħtuna l-manteniment u inti tiġġieled biex tagħti l-manteniment. Ħallast €6,000 biex tibda tħallas ħalli trabbi lit-tifla. Naħdem lejl u nhar biex inlaħħaq. Għax inkella ma nlaħħaqx. Imma llum irnexxieli u qed inrabbi lit-tifla jiena wkoll. Għax għalija t-tifla l-ewwel. U ħa jkolli tarbija oħra u kuntent ħafna.

No comments:

Post a Comment