top bar

Saturday, 9 December 2017

Dan iż-żagħżugħ għamel tattoo ta' Ira fuq idu u aħna kellimna lil Ira ħa naraw jidhrilha



Kollha kemm aħna nafu lil xi ħadd iffissat fuq il-Eurovision, u forsi naħsbu li dak jew dik huma l-akbar fans tal-Eurovision li jeżistu. Imma dak għax konna għadna ma ltqajniex ma' Joseph Bonavia, li għandu tattoo bil-logo tal-Eurovision fuq sidru, u dil-ġimgħa għamel tattoo ta' wiċċ Ira Losco fuq idu ix-xellugija!


Aħna kkuntattjajna lil Ira Losco u staqsejnieha jekk għoġbithiex. Ira qaltilna li Joseph kien kellimha qabel ma għamel it-tattoo, u hi staqsietu jekk hux ċert mid-deċiżjoni li qed jagħmel, "għaliex din xi ħaġa permanenti."

"Meta staqsejtu qalli: 'ċert fuq li ċert li rrid nagħmilha...jekk mhux tiegħek ta' min?'" qaltilna Ira. "Vera jiena kuntenta u impressjonata bil-lealtà tal-fans. Din turi kemm il-mużika hija b'saħħitha u kemm għandha mpatt qawwi fuq min jismagħha."

Ilbieraħ, mal-website Lovin Malta, Joseph qal li sema' b'Ira Losco l-ewwel darba fis-sena 2000, u minn dakinhar ġie ossessjonat biha. Kull fejn tkanta kien imur jaraha, u beda jsegwiha u jqasqas kull biċċa paġna minn gazzetta jew magazine li jkollu l-isem jew ir-ritratt ta' Ira fuqu.

Joseph bagħtilna r-ritratt tat-tattoo u aħna tkellimna miegħu dwar l-imħabba li għandu lejn il-Eurovision. Qalilna li mill-1997 ma tilfu qatt u minn 4 snin ilu ’l hawn mar kull sena fil-post fejn sar biex jarah live. L-imħabba lejn il-Eurovision wasslitu wkoll biex isir ammiratur kbir ta' diversi kantanti Maltin li rrappreżentaw lil pajjiżna f'dan il-konkors, imma Ira tibqa' l-favorita tiegħu.



Għalija, Ira hija idolu," spjegalna. "Tirrappreżenta kull mara tas-soċjetà Maltija. Biżżejjed tara l-affarijiet li tagħmel f'kampanji favur l-annimali u kontra l-vjolenza domestika, pereżempju. U dejjem turini kemm hi bniedma b'saħħitha, speċjalment meta telgħet għall-Eurovision; bit-takkuna u tiġri minn intervista għal oħra b'ħames xhur tqala."

Joseph ammetta magħna li kien ilu joħlom li jagħmel tattoo ta' Ira għaxar snin imma kien jibża' mil-labra. Imbagħad għamel l-ewwel tattoo li kienet il-logo tal-Eurovision. B'hekk ma baqax jibża' u issa qata' xewqtu u għamel tattoo ta' Ira wkoll.


Joseph u tnejn mill-ħbieb tiegħu kienu diġà għamlu tattoo tal-Eurovision

Din it-tattoo mhix l-unika ħaġa li għandu ta' Ira Losco; anzi hija waħda mill-ftit affarijiet. Joseph għandhu kwilt, żarbun, flokkijiet, arloġġ, u mitt ħaġa oħra, kollha b'wiċċ jew isem Ira fuqhom.

Uħud mill-ftit affarijiet ta' Ira li għandu Joseph



Bħalissa, Ira Losco tinsab Milan, l-Italja għal kunċert li qiegħda tieħu sehem fih.

Żarbun li Joseph libes għal dakinhar tal-Eurovision meta kantat Ira

1 comment:

  1. OFFERTA TA 'SELF!

    Aħna servizz ta 'self Stephen Williams Nipprovdu kemm finanzjament ta' self fit-tul kif ukoll għal żmien qasir. Noffru self sigur u kunfidenzjali b'rata ta 'imgħax baxxa ħafna ta' 2% fis-sena, Self personali, Debt Consolidation Loan, Venture Capital, Business Loan, Self Korporattiv, Self Edukattiv, Home Loan u Self għal kwalunkwe raġuni!

    Aħna l-alternattiva affidabbli għall-finanzjament bankarju, u l-proċess ta 'applikazzjoni tagħna huwa sempliċi u dritta. Is-self jvarja minn $ 5,000.00 sa $ 25,000,000.00. (Ħamsa u Għoxrin Miljun Dollaru). Informazzjoni Addizzjonali: Aħna qed naqsmu malajr l-għażla ta 'self privata, diskreta, u orjentata lejn is-self għal self ġenerali. Aħna l-kumpanija li nbiddlu meta s-sorsi ta 'self tradizzjonali jonqsu.

    Jekk int interessat, ikkuntatjana b'informazzjoni hawn taħt Email, stephenswillsloan@gmail.com

    Tislijiet,
    Is-Sur Stephen Williams,
    Kap, Dipartiment tal-Applikazzjoni ta 'Self,
    STEPHEN WILLIAMS SELF SERVIZZ,
    Email: stephenswillsloan@gmail.com
    Twiiter: @ stephenswillsl1
    Instagram: stephenswillsloan

    ReplyDelete