top bar

Friday, 10 November 2017

"Qed nikkritikaw poplu li jaċċetta kollox u wara juża r-reliġjon biex jinħeba" - Min Imissu


F'Xarabank tal-ġimgħa l-oħra ġibna lil ta' Min Imissu u nqalgħet polemika sħiħa fuq il-frażi "Hallelujah, Praise the Lord. Hawn xi gay?" . Ta' Min Imissu jwieġbu għall-kummenti tan-nies. Huma jgħidu li qed jikkritikaw poplu li jaċċetta kollox u mbagħad juża r-reliġjon biex jinħeba.


Araw x'ġara l-ġimgħa l-oħra:



Dawn kienu wħud mill-kummenti:

Kemm għad iridu jibku dawn imsieken u tibku intom li komplejtu magħhom.
Min tak il-permess li tuża Praise the Lord?
Ma tistax taqa' f'livell aktar baxx, milli waqajt. 
Ħamallaġni, pastażati u mbagħad Praise the Lord.
Għadd ta' żibel.
X'vojtaġni qiskom boloh.

Andreana Debattista, il-preżentatriċi f'dan il-prgramm tgħid: "Meta ngħidu Praise the Lord  m'aħniex qed ninsultaw lil Alla. Ma riedna noffendu lill-ebda persuna li temmen. Żgur li l-Mulej għandu sens umoristiku ikbar minn ta' ħafna nies ta' din il-gżira. Le aħna m'aħniex qegħdin sew."




Carlos Debattista, li huwa producer u l-kittieb ta' Min Imissu, jgħid: "Ma riedna bl-ebda mod noffendu lil Alla jew nattakkaw b'xi mod il-fidi t'Alla. Meta taqbad xi ħaġa bħal Alla u tagħmel aġenda personali kontra grupp fis-soċjetà u tipprova tikkonvinċi li dak il-grupp fis-soċjetà huwa marda li tista' tfejjaq u tuża lil Alla biex inti tavanza l-ġenn ta' moħħok, hemm jien ħa nattakkak. Jekk trid li nagħmlu dibattitu fuqha, ejjew. Ħadd mhu qiegħed sew. Jekk bħalissa tħares lejn id-dinja u lejn dak li qed jiġri bħalissa, ħadd mhu qiegħed sew. Qed nikkritikaw poplu li jaċċetta kollox u mbagħad juża r-reliġjon biex jinħeba.







6 comments:

  1. "Meta taqbad xi ħaġa bħal Alla u tagħmel aġenda personali kontra grupp fis-soċjetà u tipprova tikkonvinċi li dak il-grupp fis-soċjetà huwa marda li tista' tfejjaq u tuża lil Alla biex inti tavanza l-ġenn ta' moħħok, hemm jien ħa nattakkak."

    Meta tohrog bi stqarrija hekk Sur Debattista turi in-nuqqas ta' integrita tieghek. Stqarrija ibbazata fuq xi smajt min ghand in nies u mhux fuq dak li int rajt b ghajnejk u smajt b widnejk. Sibli recording wahda jew stqarrija min ghand in-nies li int attakajt li qalu dak li int stqarrejt hawn fuq. Prova kun kredibli, ghax jekk ma torina xejn jgiffieri kull ma ghamilt hu qbadt kontroversja mibnija fuq il-gideb u rkibt il-karru taghha biex taghmel il- programm tieghek popolari. Nahseb ahjar tieqaf u tixtarr x qed taghmel. Kun af li meta tohoda kontra in-nies t'Alla, tkun qed tohoda kontra Alla nnifsu.

    ReplyDelete
  2. U int sur debattisra tahseb li min ghandu lil Alla ghal qalbu qed taqsamlu qalbu bid dahk. Ftakar li bic cajt u m huwiex b Alla la jidhak u lanqas jista jaddi zmien biH, hadt. Jekk il poplu tijak jaccetta kollox ghax jghamel parti min religjion u mhux min relazzjion, il polpu ta Alla ma jaccetax kollox. Il mentalita tijak jista jkolla moderazjioni ghax li tohloq dibattitu modd, imma li semmi lisem ta Alla u tghamel program u tizufjata BIH, jekk int nisrani dejjem gharbel naqra lilek nifsek. Kun ghaf li Alla jhobb il kulhadd imma ma jogbux kulhadd. Sliem

    ReplyDelete
  3. News: Allegazjonijiet foloz dwar terapiji reparativi fuq Pastor Dr. Manche - https://youtu.be/a4AXtZgV08k

    ReplyDelete
  4. Il-fatt li is-sewwa t'Alla qed tiġi esposta ghaz-zuffjett (min ċerti nies) juri kemm tassew dawn in-nies ma jafux min Hu Alla. - Jista' jkun ukoll li hemm nies li jghobodu dak li hu sewwa u qaddis, u dak li hu sewwa u qaddis huwa min Alla. Dawn in-nies ghandhom joqgħodu attenti hafna, ghax meta tattakka xi qaddej t'Alla, Alla jehoda personali.... X'ser jirrispondu dawn in-nies (jekk ma jimxux) meta jidhru quddiem Alla?

    ReplyDelete
  5. Korrezzjoni: (jekk ma jimxux) trid tigi: Jekk ma JINDMUX.

    ReplyDelete
  6. Bongu,
    Qed tfittex kumpanija ta 'min isellef privata ta' reputazzjoni tajba u akkreditata li tagħti opportunità għal tul il-ħajja? Aħna nipprovdu kull tip ta 'self b'mod mgħaġġel ħafna u faċli, self personali, self tal-karozzi, self għad-djar, self lil studenti, self kummerċjali, self għall-investiment, konsolidazzjoni tad-dejn, u aktar. Int kont miċħud minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra? Għandek bżonn ta 'konsolidazzjoni jew self b'ipoteka? Ħares aktar kif għandna hawn biex tagħmel il-problemi finanzjarji tiegħek xi ħaġa tal-passat. Noffru self minn 5000 dollaru għal 50,000,000 dollaru b'rati ta 'imgħax għoljin ħafna ta' 2%. Ikkuntattjana illum permezz tal-e-mail tagħna issa u se nkunu kuntenti li nagħmlu l-problemi finanzjarji u l-affarijiet tal-passat, Ebda verifika ta 'kreditu meħtieġa, 100% garantita.
    E-mail lilna: (albakerloanfirm@gmail.com).

    ReplyDelete