top bar

Saturday, 11 November 2017

"Marti hija mara li ħabbitni vera u għalhekk qiegħed magħha llum" - Oliver Scicluna



Oliver Scicluna, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabiltà, stqarr li għaliex il-mara tiegħu hija mara, li ħabbitu ta' vera, jinsab magħha llum il-ġurnata.



F'Xarabank ilbieraħ ġiet diskussa l-idea li ressaq Oliver Scicluna, dik li tibda diskussjoni biex jiġu impjegati nies li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' nies b'diżabiltà.

Oliver Scicluna, raġel b'diżabiltà, stqarr li kienet faċli għalih biex jaqta' qalbu li jkollu relazzjoni. "Kienet faċli ħafna biex naqta' qalbi għax ġejt irrifjutat. Jien ġejt ippreġudikat minn sħabi, mill-familja, mill-familja tal-mara tiegħi u minn kulħadd. U għax il-mara tiegħi hija mara, li ħabbitni vera, qiegħed magħha llum il-ġurnata. Ma rridx lil ħaddieħor jiġrilu bħali," stqarr Oliver. Però żied jgħid li kieku ma kellux lil mara tiegħu, kien jikkunsidra sex worker.



Għal din id-diskussjoni kellna lil Gianluca Cutajar, ġuvni b'diżabiltà li m'għandux tfajla u jemmen li jekk ma jsibx, għandux jkollu sex worker. "Aħna lkoll bnedmin. Għandna l-emozzjonijiet tagħna u f'dan il-qasam għandna l-bżonnijiet u x-xewqat tagħna. Naqbel li għandu jkollna sex workers u jekk nibqa' waħdi nużahom. Barra minn Malta, dan is-servizz diġà jeżisti," spjega Gianluca.

Oliver Scicluna rrakkonta kif iltaqa' ma' persuna b'diżabiltà li nfexx jibki wara li kellu relazzjoni ma' sex worker. "Iltqajt ma' persuna ta' 60 sena pparalizzat. Kellu l-ewwel relazzjoni sesswali ta' 59 sena. Huwa spjegali li kellu x'jaqsam ma' sex worker  u wara li kellu x'jaqsam magħha nfexx jibki. Ma stajtx nifhem għala imma wara qalli li beka għax beda jaħseb li ħa jmut u ma jkollux relazzjoni sesswali," qalilna Oliver.



Però Oliver Scicluna sostna li fil-bidu huwa wkoll ma kienx jemmen f'dan is-servizz. "Ma kontx nemmen f'dan is-servizz imma wara ltqajt ma' persuni b'diżabiltà u ġenituri li jġibuk tinteressa ruħek. Fittixt fuq dan is-sevizz imma l-ebda ktieb ma rnexxielu jikkonvinċini daqskemm irnexxielhom jikkonvinċuni l-persuni b'diżabiltà," stqarr Oliver

Min-naħa l-oħra, Dr Anna Borg mill-Assoċjazzjoni għall-Ugwaljanza ma taqbilx ma' dan is-servizz. "Interessanti kif għandna żewġt irġiel jitkellmu fuq kif tuża mara. Ir-riċerka turi li l-prostituti stess huma persuni vulnerabbli. Allura f'dan is-servizz tkun qed tuża persuna, li hi stess tkun vulnerabbli, biex issolvi problema għall-ġid tal-irġiel, għax il-maġġoranza huma rġiel. Jiena meta tkellimt ma' ommijiet dwar dan kienu xxokkjati għax qisek qed taqta' qalbek mill-persuni b'diżabiltà biex ikollhom relazzjoni u li jkollhom ħajja diċenti. Li jkollok kummissarju li diġà qata' qalbu min-nies b'diżabiltà li jkollhom relazzjoni, huwa pass lura u mhux 'il quddiem," sostniet Dr Borg.




Marie-Therese Gatt, kelliema oħra tal-Assoċjazzjoni għall-Ugwaljanza, qalet li l-kelma sex worker hija waħda nadifa minflok prostitut. Nadine Fenech qalet li sex worker tkun tagħmel dan is-servizz bil-volontà tagħha. "Sex worker tkun trid tagħmel dan is-servizz bil-volontà tagħha. Nemmen li hawn nies li jistgħu jagħtu servizz lin-nies b'dawn il-bżonnijiet. Naf b'każijiet ta' persuni bid-down's syndrome li daru fuq il-ġenituri tagħhom biex imissuhom sesswalment. Kieku kont f'din is-sitwazzjoni, nara x'nagħmel u nqabbad lil xi ħadd biex jagħtihom dan il-bżonn," qalet Nadine.


Meta Marie-Therese Gatt staqsiet għal liema nies b'diżabiltà għandu jiġi offut dan is-servizz, Oliver Scicluna semma nies b'diżabiltà severa. "Nies b'ceberal palsy u b'intelletwalità severa. Illum hemm nies li qed jirċievu dawn is-servizzi u naf b'nies li mardu bl-STD. Għalhekk jekk dan is-servizz jiġi illegalizzat, il-persuni li jirċievu dan is-servizz jiġu salvagwardjati," qal Oliver.

Però omm ta' tifel downs ukoll ma taqbilx ma' dan is-servizz u saħqet il-bżonn tal-edukazzjoni. "Għandu jkollna edukazzjoni dwar is-sess. Aħna neqsin mill-edukazzjoni dwar dan is-suġġett f'Malta u jekk il-persuni b'diżabiltà jkollhom l-edukazzjoni li jeħtieġu, ma naslux f'dan il-punt li mmorru għas-sex workers."

Lejn l-aħħar tad-diskussjoni, Gianluca tenna diversi drabi li ħadd m'għandu l-awtorità morali li jitkellem għall-persuni b'diżabiltà. Min-naħa l-oħra, Marie-Therese ħeġġet biex il-kelma bżonn ma nbiddluhiex fi dritt għax in-nies b'diżabiltà huma umani daqskemm hu uman kulħadd.

Oliver Scicluna ħeġġeġ il-bżonn li dan is-suġġett ikompli jiġi diskuss b'mod pożittiv.

Ritratt: Photocity Malta

2 comments:

  1. Ara l-artiklu [https://www.inverse.com/article/23021-talking-sex-robots-for-sale-next-year]

    ReplyDelete
  2. Bongu,
    Qed tfittex kumpanija ta 'min isellef privata ta' reputazzjoni tajba u akkreditata li tagħti opportunità għal tul il-ħajja? Aħna nipprovdu kull tip ta 'self b'mod mgħaġġel ħafna u faċli, self personali, self tal-karozzi, self għad-djar, self lil studenti, self kummerċjali, self għall-investiment, konsolidazzjoni tad-dejn, u aktar. Int kont miċħud minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra? Għandek bżonn ta 'konsolidazzjoni jew self b'ipoteka? Ħares aktar kif għandna hawn biex tagħmel il-problemi finanzjarji tiegħek xi ħaġa tal-passat. Noffru self minn 5000 dollaru għal 50,000,000 dollaru b'rati ta 'imgħax għoljin ħafna ta' 2%. Ikkuntattjana illum permezz tal-e-mail tagħna issa u se nkunu kuntenti li nagħmlu l-problemi finanzjarji u l-affarijiet tal-passat, Ebda verifika ta 'kreditu meħtieġa, 100% garantita.
    E-mail lilna: (albakerloanfirm@gmail.com).

    ReplyDelete