top bar

Wednesday, 8 November 2017

It-tfal jintbagħtu d-dar bla homework



Bħal-lum, it-tfal tal-iskola primarja ta' Mater Boni Consilii St.Joseph ta' Raħal Ġdid ma jingħatawx homework.


Dr Kenneth Vella, il-Kap tal-Iskola, jgħidilna kif ġiet żviluppata din l-idea. "Aħna bħala skola konna ilna nippjanaw biex ikun hemm ftehim bejn il-membri kollha tal-istaff li x-xogħol li jingħata d-dar jikkumplimenta dak li jkun sar l-iskola iżda ma jkunx esaġerat. Fost l-affarijiet li qbilna fuqhom kien li fil-ġurnata tal-Erbgħa, il-klassijiet fil-livell tal-primarja ma jingħatawx xogħol id-dar."

Imma għala? "Dan biex it-tfal ikollhom aktar ħin jagħmlu attivitajiet extra-kurrikulari, li jagħmluh ukoll fi ġranet oħra, però bħall-Erbgħa jkunu jistgħu jikkonċentraw aktar fuqhom. Barra minn hekk, it-tfal jista' jkollhom iktar ħin liberu mal-ġenituri. Fil-fatt naf li hemm ġenituri li jippjanaw attivitajiet apposta l-Erbgħa ħalli dawn jitgawdew mill-familja kollha," jgħidilna Dr Kenneth Vella.

"Din intlaqgħet tajjeb kemm mill-ġenituri u mit-tfal. Fil-fatt il-ġenituri tat-tfal tas-sekondarja qed jitolbuna biex nikkunsidraw li nagħmlu sistema simili anke għal-livell tas-sekondarja. Però dak li nimplimentaw fil-primarja ma nistgħux nimplimentawh minufih fis-sekondarja wkoll. Id-diffikultà tibqa' minħabba t-time-table (għax għandna għalliema li jgħallmu fi skejjel oħra f'ċerti jiem) u s-syllabus li għandhom it-tfal tas-sekondarja," jispjegalna Dr Vella.

Dr Vella jgħidilna li hemm skejjel oħra li għandhom din is-sistema. "Hawn skejjel oħra li fl-aħħar snin daħlu sistema bħal din. Hija tajba għax aħna m'aħniex qed ngħidu li għandna neliminaw il-homework li qed jingħata lit-tfal imma li dan jiġi limitat skont il-bżonn u ma jkunx esaġerat."

Jispjega li t-tnaqqis fil-homework qed isir ukoll f'pajjiżi oħra li huma kkonsidrati eċċellenti fil-qasam tal-edukazzjoni, bħall-Filandja. Itemm jgħid li riċerka li saret fl-aħħar snin f'diversi pajjiżi bħall-Istati Uniti u r-Renju Unit uriet li m'hemmx relazzjoni bejn xogħol eċċessiv mogħti għad-dar u riżultati fl-eżamijiet.

Inti taqbel lit-tfal għandhom jingħataw ġurnata fil-ġimgħa mingħajr homework?

Ritratt: The Times of Malta

2 comments:

  1. Naqbel......l iskola primarja ta' Pembroke ilha diversi snin thaddan din il-prattika li ntlaqghet tajjeb Kemm mill-genituri, mill-ghalliema u mill-istudenti.

    ReplyDelete
  2. Bongu,
    Qed tfittex kumpanija ta 'min isellef privata ta' reputazzjoni tajba u akkreditata li tagħti opportunità għal tul il-ħajja? Aħna nipprovdu kull tip ta 'self b'mod mgħaġġel ħafna u faċli, self personali, self tal-karozzi, self għad-djar, self lil studenti, self kummerċjali, self għall-investiment, konsolidazzjoni tad-dejn, u aktar. Int kont miċħud minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra? Għandek bżonn ta 'konsolidazzjoni jew self b'ipoteka? Ħares aktar kif għandna hawn biex tagħmel il-problemi finanzjarji tiegħek xi ħaġa tal-passat. Noffru self minn 5000 dollaru għal 50,000,000 dollaru b'rati ta 'imgħax għoljin ħafna ta' 2%. Ikkuntattjana illum permezz tal-e-mail tagħna issa u se nkunu kuntenti li nagħmlu l-problemi finanzjarji u l-affarijiet tal-passat, Ebda verifika ta 'kreditu meħtieġa, 100% garantita.
    E-mail lilna: (albakerloanfirm@gmail.com).

    ReplyDelete