top bar

Wednesday, 8 November 2017

Inti taqbel li jiġu impjegati nies biex ikollhom x'jaqsmu sesswalment ma' nies b'diżabilità?


Fil-jiem li għaddew il-Kummissjaru għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabiltà, Oliver Scicluna, ressaq l-idea li tibda diskussjoni biex jiġu impjegati nies li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' nies b'diżabilità.


Aħna tkellimna dwar dan ma' Lynn Aquilina, tfajla li tbati b'cerebral palsy, li taqbel ma' din l-idea. "Personalment ma nagħmilhiex imma naqbel li min jixtieq, għandu jkollu ċ-ċans. Inħoss il-bżonn ta' dan ix-xogħol għax huwa rari li persuni b'diżabilità jkollhom relazzjoni intima," tgħidilna Lynn.

Lynn tispjega li minkejja li qatt ma kellha relazzjoni ta' iktar minn ħbieb, tgħidilha li d-diżabilità toħloq problemi f'relazzjoni. "Id-diżabilità xxekkel ħafna f'relazzjoni, bla ebda dubju, u fil-każ tiegħi hi li m'iniex indipendenti. Nisma' b'diffikultajiet oħra li nies b'diżabilità jiltaqgħu magħhom bħall-istigma, il-preġudizzji u l-protezzjoni żejda min-naħa tal-ġenituri li meta jikbru t-tfal, jibqgħu jittrattawhom ta' tfal," tispjegalna Lynn. 

"Persuni b'diżabilità mhumiex tfal innoċenti. Għandhom dritt u bżonn li jesprimu s-sesswalità tagħhom kif jixtiequ," ittemm tgħidilna Lynn.

Min-naħa l-oħra kelliema għall-Assoċjazzjoni għall-Ugwaljanza ma jaqblux ma' din l-idea. "Jiena assolutament ma naqbilx li bniedem jew bniedema għandha tinxtara biex tuża għal kwalunkwe ħaġa, speċjalment għas-sess. Però l-iktar ħaġa li qed inħoss bħalissa hi li jiena sorpriża ħafna kif l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità qiegħda twaqqa' lin-nies b'diżabilità agħar minn ħaddieħor li mhuwiex kapaċi jkollu relazzjoni kif sippost ma' bnedmin oħrajn. Aħna qegħdin niġġieldu ħafna għall-ugwaljanza imma minflok qed iressqu lil dawn in-nies għall-ugwaljanza billi jgħinuhom jiltaqgħu ma' nies ħalli forsi jkun hemm iċ-ċans li jiffurmaw relazzjoni tajba, qegħdin iġagħaluhom jisfruttaw huma stess bnedmin oħrajn billi jixtruhom għas-sess," tgħidilna Marie Therese Gatt.

Dr Anna Borg tistqarr: "Il-prostituzzjoni f'Malta mhijiex illegali, u allura għaliex f'daqqa waħda qed inxejru l-bandiera tad-diżabilità biex persuni jkollhom aċċess għall-prostituti? Din il-proposta tfisser li qtajna qalbna li persuni b'diżabilità jista' jkollhom relazzjoni intima. L-unika tama li qed nipproponulhom hi li jkollhom aċċess għall-prostituti. Din hija telfa kbira. Flok pass 'il quddiem, huwa pass lura. Il-Mudell Soċjali tad-Diżabilità jitlob li persuni b'diżabilità nagħtuhom esperjenzi li jitħalltu mal-oħrajn, li nneħħulhom t-tfixkil li jeskluduhom, pereżempju n-nuqass ta' aċċess fil-postijiet ta' divertiment, sabiex ikunu jistgħu jkollhom relazzjoni li tmur oltre minn dak li qed jiġi propost. Din il-propost mhijiex aċċettabbli għal ħafna raġunijiet u ma tagħmilx sens f'pajjiż li jemmen fl-ugwaljanza."

Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se niddiskutu d-diżabilità u l-prostituzzjoni.

3 comments:

  1. Sry ta.. igigieri intom qed isaqsu lin nies u igalu lin nies jadataw il hajja ta hadiehor?
    Meta kulhadd jajd li jemmen fil liberta tal persuna. Jien min jien biex nikmanda lil hadiehor xjamel?? Ahna nemnu fil liberta... umbad inkunu ahna stess li nadetaw xjamel hadiehor. Kieku kulhadd ikun mohhu fdak li jamel hu. U hu biss. Id dinja timxi hafna ahjar. Imma le... ahna irridu nikmandaw xjamel hadiehor.

    ReplyDelete
  2. Ejja ma nkunux ipokriti, s-sess hu bzonn baziku. Min ghandhu bzonn l-ghajnuna biex jisodisfa dan il-bzonn, ghandu jsib servizz adekwat. Jidispjacini naqra li nies li ghandhom il-grazzja li jisodisfaw dan il-bzonn minghajr ghajnuna, jogezjonaw ghal dan is-servizz. Ir-Realta' hi li xi whud ghandhom bzonn ghajnuna ghal bzonijiet bazici tghahom, bhal li tiekol, li tixrob u li z-zomm il-persuna nadifa etc. Bhal m'hawn nies professjonali li jghamlu xoghol impekabli biex jghinu lil haddiehor f'dawn il-bzonnijiet, tant iehor jista' jkun hawn nies professjonisti fil-bzonn tas-sess. Minghajr ma niskruplaw, ejjew nifhmu ic-cirkustanzi w il-bzonnijiet.

    ReplyDelete
  3. Bongu,
    Qed tfittex kumpanija ta 'min isellef privata ta' reputazzjoni tajba u akkreditata li tagħti opportunità għal tul il-ħajja? Aħna nipprovdu kull tip ta 'self b'mod mgħaġġel ħafna u faċli, self personali, self tal-karozzi, self għad-djar, self lil studenti, self kummerċjali, self għall-investiment, konsolidazzjoni tad-dejn, u aktar. Int kont miċħud minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra? Għandek bżonn ta 'konsolidazzjoni jew self b'ipoteka? Ħares aktar kif għandna hawn biex tagħmel il-problemi finanzjarji tiegħek xi ħaġa tal-passat. Noffru self minn 5000 dollaru għal 50,000,000 dollaru b'rati ta 'imgħax għoljin ħafna ta' 2%. Ikkuntattjana illum permezz tal-e-mail tagħna issa u se nkunu kuntenti li nagħmlu l-problemi finanzjarji u l-affarijiet tal-passat, Ebda verifika ta 'kreditu meħtieġa, 100% garantita.
    E-mail lilna: (albakerloanfirm@gmail.com).

    ReplyDelete