top bar

Wednesday, 27 September 2017

"Inserraħlek rasek li t-tfal nieħu ħsiebhom, naħsilhom u nitmagħhom ukoll" - Miriam Dalli



Miriam Dalli tistqarr id-dispjaċir tagħha għal ittra li dehret fuq ġurnal lokali.


F'ittra indirizzata minn mara tad-dar minn Ħal Għaxaq qalet li l-programm LEAD immexxi mill-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli għandu jiġi skrapjat illum qabel għada. Spjegat illi jekk se nġennu lin-nisa miżżewġin fi żwieġ hieni għall-politika u jitilgħu fil-Parlament se jkollna tkissir taż-żwiġijiet, seperazzjonijet u divorzji. 



"Rwol tal-mara miżżewġa huwa li tieħu ħsieb uliedha, żewġha u d-dar mhux toħroġ għall-politika. Lit-tfal min se jieħu ħsiebhom? Jaħsilhom, ilibbishom u jitmagħhom?" saqsiet il-mara tad-dar. Filwaqt li żiedet tistaqsi min se jagħmel il-faċendi tad-dar, ikkonkludiet li l-mara m'għandhiex tkun fil-Parlament. "Mhux sewwa r-raġel ikun għadu ġej minn jum xogħol u jkollu jagħmel dan ix-xogħol u l-faċċendi kollha hu għaliex l-għażiża mara tiegħu tkun bilqiegħda l-Parlament," temmet tgħid il-mara.

Għal din l-ittra, Miriam Dalli twieġeb hekk: "Jiddispjaċini li kkonkludejt li ż-żwieġ tan-nisa fil-politika se jikisser. Jien inzertajt waħda minnhom. Inserraħlek rasek li t-tfal nieħu ħsiebhom, naħsilhom u nitmagħhom ukoll. Oħroġ l-għaġeb inzertajt naħsel, ngħaddi u nsajjar u ma tantx noqgħod b'idi fuq żaqqi l-Parlament. Sagrifiċċji nagħmel ħafna u bħali ħafna nies oħra. Iva, għandi raġel jissapportjani u naħdmu bħala tim u peress li t-tfal tagħna t-tnejn u d-dar noqogħdu fiha t-tnejn li aħna, nagħtu daqqa t'id t-tnejn li aħna."

Inti x'taħseb? Ikkummenta hawn taħt.

14 comments:

  1. Miriam Dali taghtiex kas disors fil-vojt u medjokri. Milli jidher din il-povra mara ghadha tghix fi zmien il-brodu. Tislijiet

    ReplyDelete
  2. She is bored and slaved, jealousy is killing her. MIRIAM GO GIRL ignore this woman!!

    ReplyDelete
  3. Ghara veru sorry ma fadal hadd sew kien xi zmien fejn mara kien posta dar biss imma dak zmien ghadda u spicca lum mara bilkem tista toqod dar biss, proset miriam keep it up togobni hafna fil parlament u jalla ikun hem iktar niesa johorgu ghal parlament ghax hem bzonn iktar niesa. Billi mara tkun tahdem ma fussirx lil familja ha titkisser qawn niesa joqodu dar u zwieg tahhom tkisser xorta u billi xoghl ta dar jinqasam ma fija xejn hazien lanqas. Proset u keep it up Miriam Dalli

    ReplyDelete
  4. Lanqas temmen li ghad hawn nisa li jahsbuha hekk imma minflok nikkritikawhom ahjar nippruvaw nghallmuhom, forsi ftit difficli pero naslu wkoll. Prosit Miriam Dalli tat twegiba professjonali tieghek. J Alla ma jkunx hawn iktar tkissir ta familji tkun xi tkun ir raguni!

    ReplyDelete
  5. I have worked all through my married life lived alone with my daughter for 8 years as my husband died got married again had another child still worked and i Have a very hectic job. Kept the house in perfect condition with the help of a maid once a week took care of my kids and husbands and managed to do all my hobbies too !! I am 57 still working and I do not intend to stop until my health and strength permit.Thank God my children are both successful .

    ReplyDelete
  6. This is to show, that there is still people out there who are still with a closed mind. She must be one of the few, who stay at home, her husband does not help in the house , but go to the kazin, to meet his friends. I believe that in today's world a couple who live in the same house, have equal duties. Double wages, double duties, double free time, as work is finished before.....keep up the good work Miriam Dalli, you are an example to all of us....

    ReplyDelete
  7. Miriam haga nghidlek jien u hafna nammirawhom nies bhalek. Mat-tfal li joghod il-kwalita u mhux il-kwantita. Nigarantilek li dawk in-nisa li ma jahdmux u joqghodu id-dar ma jaghtux kwalita lill uliedhom. Int u eluf bhalek li johorgu tahdmu japprezzaw il-hin ma uliedhom.

    ReplyDelete
  8. Congratulations for all the insults you hurled at this woman. She has every right to express her opinion. Although a woman should be able to have her own career just like her husband, the fact that both parents are working full time is not helping with the upbringing of the children. Some people have no choice but to work full time due to situations they find themselves in but I do not agree that children are left alone for hours on end to fend for themselves. Today, children have become an accessory but then are not looked after. Quality time is important but being there for them after school is just as important. Leaving children with their grandparents for all their waking hours is wrong and unfair on both sets. If you have children then it is your duty to look after them yourself as a parent and not your external family. The overall result is very clear in today's society

    ReplyDelete
  9. Well some posts here are based on assumptions. As Hon. M Dalli said, marriage is based on teamwork. It is up to the parents to take responsibility to see to the needs of the children while they take different roles with regards to work. It is irrellevent, whether one of the parents is a stay at home parent or pursues his/her career to look after the children well. We know many stay at home mothers who do not spend quality time with the children, but all they do is scream and shout at the children. Having a career in parliament, office, factory, etc. does not make a parent less responsible. Please people, think twice before you throw accusations, especially if you know nothing about the subject.

    ReplyDelete
  10. Kulhadd ghandu d-dritt jaghmel l-ghazla tieghu fil-hajja tà kif jixtieq jghix u jhalli lil haddiehor liberu. Hadd m'ghandu d-dritt jiggudika lil haddiehor, l-importanti hu li kulhadd isegwi qalbu u jaghmel uzu mit-talenti tieghu b'rispett lejn tà madwaru u jekk hu genitur, lejn uliedu. Ragel hu kapaci daqs mara bien inaddaf, jaghmel x-xirja, jahsel u jitmà t-tfal.... l-isbah zwiegijiet li qatt rajt huma dawk ffundati fuq rispett reciproku tal-mara u r-ragel fejn t-tnejn taw spazju lil xulxin ghall-izvilupp personali u professjonali u ghinu lil xulxin.

    ReplyDelete
  11. Jien bhala persuna maskili ninsab disgustat li ghad hawn nisa li ma jissaportjawx lil nisa ohra li jazlu it triq politika,iva nemmen li in nisa mux qedin biss ghal kcina u biex jamlu it trabi,imma kien hawn u ghad hawn nisa politici tajbin.Proset lil Miriam Dalli ghat twegiba

    ReplyDelete
  12. Lol��mainstay nifem kif ad hawn nisa daqsek injoranti... Unfurling li tikumenta fuq nies ta Dan il ljvel... Napoleon kien jajd (Facli terbah gwera mili tvincci I Jordan) fdan il kassel injoranta ��

    ReplyDelete
  13. Wisq probabli il-mara li kitbet l-ittra hija ta' edukazzjoni zghira hafna u mhux kapaci jkolla xoghol professjonali imma manwali biss.
    Nahseb ukoll li mill-ittra wiehed jista jara ghira ghal minn hu ahjar minnha, kappaci aktar minnha u fi zwieg fejn kulhadd jaqsam l-imhabba, problemi u mhabba.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Ridt nikteb .... jaqsmu x-xoghol, problemi u mhabba.

      Delete