best deal

Monday, 11 September 2017

BIL-FILMAT: "Daħħalni ġo kamra u beda jabbużani sesswalment. Bdejt inwerżaq" - Domenique l-Kantanta


Domenique tirrakkonta kif ta' 16-il sena kienet stuprata minn persuna 8 snin ikbar minnha.



Domenique tgħid li meta kellha 16-il sena kienet tkun ma' wieħed 8 snin ikbar minnha. "Darba qalli biex nilbes libsa qasira. Jiena ma aċċettajtx iżda meta ltqajna xorta daħħalni ġo kamra u beda jisforza biex ikolli relazzjoni miegħu. Jisforza u rnexxielu. Jiena kont raped. Ta' 16-il sena."

Domenique tgħid li t-trawma għadha fuqha sal-lum.

"Għadni nibża' norqod għax nibża' li xi ħadd ġej. Għadhom jiġuni flashbacks ta' dakinhar li bdejt inwerżaq u ngħidlu biex jieqaf. Meta nidħol f'relazzjoni ma' ġuvni ieħor dejjem ngħid, "Tgħid dan se jagħmilli l-istess?""

Domenique tgħid li l-esperjenza għadha wisq fuqha biex taħfirlu: "Ma nobogħdux imma ma naħfirlux."

Domenique tgħid li qiegħda fuq Xarabank biex toħloq awareness. Domenique tgħid lil dawk kollha li għaddejjin minn vjolenza fiżika jew verbali jew emozzjonali biex jagħmlu kuraġġ u ma jibżgħux u immedjatament jitolbu l-għajnuna. "Għall-vjolenza għandu jkollna tolleranza żero."

Domenique tgħid illi allaħares ma kinux ħutha u ommha u l-ħbieb ta' veru għax kieku ma tafx kif kienet toħroġ minnha.

F'Xarabank f'Ottubru Domenique se tkun qed tkompli tirrakkonta minn xiex kellha tgħaddi fi programm li se jiddiskuti l-vjolenza domestika. 

Filmat u muntaġġ: Andrew Borg Carbott


1 comment:

  1. Proset ta discors li at j alla tohrog mit trawma li gabuk fija

    ReplyDelete