Saturday, 5 August 2017

Waqt il-funeral iqum mill-mewt

Matteo ta' 8 snin, qam mill-mewt waqt il-funeral tiegħu.

It-Tlieta li għadda, f'kappella viċin Palermo, kien qed jiġi ċċelebrat il-funeral ta' Matteo. Tifel li tilef ħajtu wara li marad serjament. Skont Sky24ore, kien għall-ħabta tal-għaxra ta' filgħodu, waqt li kien qed jipprietka s-saċerdot, meta beda jinstema' ħoss ta' xi ħadd jibki. Mal-ħin dan il-biki beda jiżdied. Ommu resqet viċin it-tebut, fetħet l-għatu u sabet li binha kien għadu ħaj. Dak il-ħin Lucia bkiet bil-ferħ għaliex it-talb li talbet bħala devota ta' Santa Rosalia kien instema'.
Ma' Sky24ore, il-Professur Montecassini stqarr: "Iċ-ċkejken kien klinikament mejjet. Ma nafx x'se naqbad ngħid. Forsi bħalissa qed inħarsu lejn dak li jista' jissejjaħ miraklu." 
Aħna tkellimna fuq dan il-fenomenu mal-Kirugu Mr Alex Manchè li jispjegalna dwar il-lazarus syndrome. "Il-lazarus syndrome tirreferi għal bniedem li jqum mill-mewt, xi ħin wara li jiġi ddikjarat mejjet. Din tiġri l-aktar wara li jkun sar is-CPR (Cardiopulmonary resuscitation) fuq il-persuna."
Ritratt: Mr Alex Manchè (Times of Malta)
Jgħidilna li l-iktar spjegazzjoni plawsibbli hija li l-bniedem ma jkunx miet iżda s-sinjali vitali li jindikaw li l-ġisem ta' persuna għadu jiffunzjona tant jkunu neqsin mill-intensità, li l-persuna tkun qed tidher li hija mejta. "Persuna li tkun intilfet minn sensiha, ma tibqax tieħu nifs u magna tal-qalb li ma tibqax turi li l-qalb qiegħda tħabbat, huma xenarji li jagħmlu persuna klinikament mejta."
Mr Manchè jispjegalna kif iseħħ dan il-fenomenu: "Spjegazzjoni waħda hija li l-qalb tista' tibda tħabbat meta timtela b'mod passiv bid-demm wara li jkun sar is-CPR. Jista' jkun wkoll li l-iżbilanċi ta' elettroliti fid-demm jittranġaw u dan jippermetti biex jerġa' jkun hemm attività elettrika fil-qalb biex din terġa' tibda taħdem.
Imma kemm hija komuni? Mr Machè jistqarr li hija rari: "Il-fenomenu huwa rari ħafna. Fil-fatt mill-1982, ġew irrapportati inqas minn 50 każ minn madwar id-dinja."
Dan il-fenomenu qatt seħħ hawn Malta? Mr Machè jweġibna: "Ma nafx każ bħal dan irreġistrat f'Malta."

6 comments:

  1. You left out a very important detail which is the time frame when this occurs https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC2121643/

    ReplyDelete
  2. And please check your sources. SKY24 is surely not a reliable source ...

    ReplyDelete
  3. Naqbel mijak Johanna SKY24 is surely not a reliable source basta naqbdu u infajru l aqwa ;i nimlew program

    ReplyDelete
  4. Din mhux pagna b'artikli fake u hekk? naqbel ma' ta' qabel iccekkjaw is-sorsi

    ReplyDelete
  5. nahseb li malta min immut jindifen ferament malajn barra min malta idumu aktar min gima bix jindifnu qala malta le?

    ReplyDelete
  6. Nemmen biss dement li l-katavru ma jippakkjawlux halqu b'pakkett tajjar u nofs pakket iehor f'imniehru. F'Malta jekk ma tkunx mitt joqtluk waqt il-kefen.

    ReplyDelete