Saturday, 5 August 2017

Tiffany Pisani tirbaħ it-titlu ta' Miss Universe Malta


Ftit tal-ħin ilu, Miss Attard, jew aħjar, Tiffany Pisani, għadha kemm rebħet it-titlu ta' Miss Universe Malta 2017 waqt is-serata finali li ttellgħet fil-Lukanda Hilton, f'San Ġiljan. Tiffany Pisani issa tingħaqad ma' mudelli oħra minn 90 pajjiż ieħor biex tikkompeti għat-titlu ta' Miss Universe barra minn xtutna.



Tiffany Pisani hija minn Ħ'Attard u għandha 25 sena. Tiffany bdiet timmudella ta' età żgħira ħafna u malajr ġibdet l-attenzjoni ta' ħafna fotografi u designers. L-ikbar akkwist tagħha jibqa' dak li kisbet fl-2010, meta kienet rebħet l-edizzjoni ta' dik is-sena ta' Britain's Next Top Model.

Caricia Sammut ġiet fit-tieni post. Caricia hija t-tfajla li l-ġimgħa l-oħra ppubbliajna l-intervista magħha li fiha tirrakkonta kif ommha nqatlet mill-eks għarus tagħha.

Minn nhar il-Ħadd li ġej stess jibdew il-preparamenti għal barra minn pajjiżna. Issir il-photoshoot uffiċjali, jibda jitlesta l-kostum ta' Malta, u preparamenti oħrajn. Din hija t-tieni sena li Malta qed tieħu sehem f'din il-kompetizzjoni internazzjonali.

Il-Konkors Miss Universe Malta huwa organizzat minn Glow Promotions. Ir-rebbieħa ta' dan il-konkors is-sena l-oħra kienet Martha Fenech, li kienet irrappreżentat il-lokalità ta' San Ġiljan.

Minn qalbna nawguraw lil Tiffany ħafna suċċess meta tmur tirrappreżenta lil pajjiżna.

Kitba: Gino Tanti

No comments:

Post a Comment