Friday, 4 August 2017

Tablet jew mogħża?


Din Amber. Ta' 4 snin tinżel tagħlef u tiġbor il-bajd minn razzett.


Aħna tkellimna ma' Anthea, omm Amber, li tispjegalna kif Amber minn età żgħira bdiet tinżel ir-razzett. "It-tifla ilha tinżel r-razzett minn mindu kellha sentejn u nofs. Daqqa toqgħod qalb l-għoġġiela u daqqa qalb il-ħnieżer imma moħħha dejjem biex iġġorr mogħża partikolari magħha," tgħidilna Anthea.


Tgħidilna li bħala omm tikkoraġġiha biex tinżel ir-razzett: "Għalkemm għadha żgħira dejjem ngħidilha biex tkompli tiftaħ moħħha għall-istudju imma xorta nikkoriġġiha tinżel u tgħin lil missierha filgħaxijiet. Jekk ma jkunux nies hekk ma jkollha xejn! L-iskola hija tajba imma mhijiex kollox."




Milux reġa' beda jdur post li kienet kitbet Anthea s-sena l-oħra dwar kumment negattiv li rċeviet fuq ritratt tat-tifla fir-razzett: "Kien hemm mara li staqsietni kif inħalliha tinżel kważi kuljum r-razzett qalb il-ħmieġ u dawk l-annimali kollha. Jiena dak il-ħin għedtilha, 'X'nagħmel? Inħalliha lejl u nhar fuq it-tablet jew quddiem it-televiżjoni minn xħin tasal sa xħin torqod?  Allaħares ma jeżistux nies hekk għax kieku inti la tiekol laħam u lanqas bajd. F'kemm trodd salib din il-mara sparixxiet minn quddiemi.'" 


Anthea ssostni l-importanza tal-bdiewa: "L-għeżież bdiewa u raħħala mhumiex diżunur! Għalkemm għad hawn min ma japprezzahomx, mingħajrhom ma nagħmlu xejn!."


2 comments:

  1. Lovely pics... the respect this little lady has for the animals is immense. She will grow up to be fantastic. I would rather have a girl like Amber than one who shows no willingness to connect with nature.

    ReplyDelete
  2. tajjeb wisq madekx tara tfal hekk tifla b karatru tajjeb zgur tila

    ReplyDelete