top bar

Saturday, 12 August 2017

Kieku kellna nagħmlu 'reality show' dwar ħajtek taħseb li tkun tidher xi ħaġa hekk?


Ara ftit dan il-filmat...għax jekk int wieħed minn dawk li tħobb tirranġa u tillapazza u tfotti fl-affarijiet li tippostja fuq Facebook, dan il-filmat x'aktarx huwa r-reality show ta' ħajtek.

Wara li rajna ħafna filmati fuq l-internet u ħsibna daqsxejn fuq kif nużaw il-Facebook, ħsibna li nikkreaw dan ir-reklam li jispjega xi ftit jew wisq kif saret il-ħajja tagħna fuq l-internet.


Il-vantaġġ tal-Facebook hu li dak li titfa' fuqu m'hemmx għalfejn ikun 100% veru. Jekk qed tieħu ritratt, tista' titfa' tbissima, anke jekk int bin-nervi. Tista' tieħu r-ritratt b'mod li l-post fejn qiegħed jidher isbaħ milli fil-fatt hu. Tista' tagħti l-impressjoni li qed tieħu gost meta tkun imxebba'. Insomma, il-Facebook jagħtik il-faċilità li tgħawweġ kemm kemm il-verità biex taqla' ftit aktar likes, comments u shares.

Insomma...il-punt kollu hu li Xarabank jerġa' jibda minn Ottubru b'aktar stejjer, diskussjonijiet, investigazzjonijiet, intervisti ħelwin, u affarijiet tad-daħk bħal dan il-filmat.

Sadanittant, sakemm niltaqgħu f'Ottubru, Xarabank ikompli fuq dan il-blog!

No comments:

Post a Comment