sponsors

Tuesday, 8 August 2017

'Jamming' wara li ġġammjaw bil-karozza


Immaġinak tieħu puncture illum, f'dis-sħana. U wara ftit terġa' tieħu puncture ieħor. U minflok tgħolli kollox bir-rabja, tintefa' fuq it-tyres l-imniżżlin u tagħmel jamming session sakemm tistenna t-trakk jiġi jsalvak.

Hekk għamlu Peter Paul tat-Tribali u Nicky Bomba!


Peter Paul ta' Tribali tella' post fuq Facebook u fiha spjega kif hu u Nicky Bomba spiċċaw jagħmlu jamming session bejnithom waqt li qed jistennew lit-towing truck biex jibdlilhom żewġ punctures. Mid-dehra, il-vann ta' Peter Paul ħa żewġ punctures wara xulxin.

U kellhom spettatur attent ħafna wkoll...dak il-kelb f'nofshom!

No comments:

Post a Comment