sponsors

Monday, 7 August 2017

Iżżewweġ Filippina wara li ħeġġu sieħbu



Mario Genius huwa wieħed mill-parteċipanti li se jilgħab fuq Tough Luck illejla.


Mario għex il-parti l-kbira ta' ħajtu orfni. Mario xorta baqa' f'kuntatt ma' ħutu avolja kienu separati minn xulxin. Huwa qatt ma kellu l-ħsieb li jiżżewweġ għax kien dera jgħix waħdu. Però darba sieħbu ħeġġu jiżżewweġ lil waħda Filippina u hekk għamel. Issa ilhom miżżewġin 15-il sena u għandhom tifla. Illejla se jkun qed jilgħab biex jirbaħ vacum cleaner

Jurgen Manicolo, assistant producer ta' dan il-programm, jgħidilna li Lisa Malli hija parteċipanta oħra u llejla se tkun qed tilgħab biex tirbaħ għamara tal-ġnien. Hi u żewġa milhomx wisq li marru jgħixu f'post ġdid u fadlilhom biss li jimlew il-bitħa. Bħalissa ħafna mill-flus qed jinvestuhom fit-tifel, allura tippreferi tilgħab u tirbaħ l-għamara tal-ġnien b'xejn.

L-aħħar parteċipant tal-lejla huwa Michael Fava, li xogħlu jdur il-festi bit-trakk tal-ikel. Illejla se nkunu qed naraw il-burger oriġinali li vvinta Michael għal Tough Luck.  Huwa ffissat fuq l-powerboats u fuq iċ-champion tad-dinja tal-powerboats Aaron Ciantar. Illejla se jkun qed jilgħab għall-unika xewqa li għandu; li jiltaqa' ma' Aaron u jmur dawra miegħu bil-powerboat.

Nawguraw lill-parteċipanti good luck u mhux tough luck.

1 comment: