Monday, 7 August 2017

Għawdxija nnominata bħala l-aħjar attriċi f'New York


Angie Marie tgħix ġewwa New York iżda ta' sikwit iżżur il-gżira ta' art twelidha n-Nadur. Infatti bħalissa qiegħda Għawdex għal btala qasira. 


Hija marret l-Universita' ta' Malta fejn gradwat fil-Psikologija. Imma din ma kinitx il-ħolma tagħha u b'hekk reġgħet telgħet New York fejn bdiet it-taħriġ tagħha ma' James Price.  


F'dawn l-aħħar jiem hija ħadet sehem f'audition għal serje televiżiva bl-isem ta' Starfall. Angie Marie tispjega ma' Xarabank li meta kellha l-ewwel audition staqsewha minn fejn hi minħabba l-aċċent tagħha. Meta qaltilhom li hija mill-gżira żgħira ta' Malta kollha baqgħu ċċassati għax ħadd ma kien sema' biha. Kompliet tgħid li hi u tispjegalhom ħassitha veru kburija tgħidilhom dwar il-ġmiel li għandna f'pajjiżna. 


Hija qaltilna li wara din l-intervista hija ġiet magħżula għat-tielet audition. Angie Marie qaltilna li għal din l-audition kien hemm ħafna atturi popolari li marru għall-intervista. Hija qiegħda tistenna b'ħerqa kbira li issa tiġi magħżula, għax dan huwa series popolari ħafna. 


Angie Marie diġa' kienet ħadmet parti ewlenija fil-film li rebaħ ħafna premji bl-isem ta' Pasquale's Magic Veal. Fil-fatt Angie Marie ġiet innominata bħala l-aħjar attriċi bil-karattru tagħha f'dan il-film f'New York.


Araw lil Angie Marie f'dan it-trailer:

No comments:

Post a Comment