top bar

Monday, 7 August 2017

Fil-gym jiltaqa' ma’ Rita u jiżżewġu


L-eksboxer Bertu Camilleri, li llum il-ġurnata għandu 73 sena, għadu jittrenja l-gym regolari. 


Bertu jagħmel madwar siegħa ta' taħriġ 4 darbiet fil-ġimgħa. Huwa jirrakkontalna li meta kien għad għandu 19-il sena ra l-ewwel ġlieda tal-boxing f'Malta u minn hemm ġietu l-ħajra li jibda jittrenja għal din id-dixxiplina. 

Bertu jgħidilna kif lil ommu u lil missieru ma kien qalilhom b'xejn għax dawn kienu jibżgħu ħafna mill-ġlied. Allura kien iqum kmieni u bil-moħbi jmur jittrenja qabel ix-xogħol. Jgħaddu 4 snin u fl-1966 Bertu jsir iċ-champion tal-boxing f'Malta. Bertu jirnexxielu jibqa' champion għal 3 snin. Bertu rnexxielu jibqa' l-main attraction tal-boxing f'Malta għal 20 sena sħaħ.



Jgħaddi ż-żmien u Bertu jiftaħ wieħed mill-ewwel gyms f'Malta. Huwa jirrakkonta kif kulħadd kien jgħidlu li mhux ħa jkun ta' suċċess għax Malta ma konniex mdorrija nittrenjaw regolari. Iżda Bertu kellu passjoni kbira għall-eżerċizzju u daħħalha f'moħħu li kien ha jirnexxi, kif fil-fatt ġara. Illum il-ġurnata Bertu għandu wieħed mill-aktar gyms mgħammra f'Malta. 

Ftit żmien wara li fetaħ il-gym Bertu jiltaqa' mal-maħbuba ta' ħajtu fil-gym stess. Hu jgħidilna kif ftit kienu n-nisa li kienu jmorru l-gym dak iż-żmien imma inzerta li Rita kienet waħda minn dawk il-ftit. 

Jgħaddi ftit taż-żmien u Rita u Bertu jiżżewġu. Issa mhux Bertu biss kellu passjoni għall-gym iżda anke martu. Infatti flimkien iddeċidew li jiftħu gym ieħor għan-nisa biss biex iħossuhom iktar komdi jittrenjaw. Bertu u Rita jkollom żewġt ibniet li llum il-ġurnata t-tnejn li huma gradwati; il-kbira avukata u ż-żgħira social worker.



Sfortunatament ftit tas-snin ilu Rita fl-età ta' 56 titlef il-battalja kontra l-kanċer. Bertu jgħidilna kif din it-traġedja ġarfitu bil-kbir. Jgħidilna kif l-uniku żvog li għad fadallu fil-ħajja huwa propju l-gym. Fil-2014 Bertu ngħata l-Life Time Achievement Award mill- Assocjazzjoni Maltija tal-boxing. Bertu jħossu onorat li l-akbar champions ta' Malta fil-boxing trenjaw fil-gym tiegħu.

Bertu kien ġie magħżul biex jittrenja l-boxing lil Ira Losco sabiex toħroġ il-vidjow il-ġdid tagħha Haunted by Love. Bertu kien għamilha ta' kowċ u trejner personali ta' Ira Losco, fejn wassalha għall-ewwel ġlieda uffiċjali tagħha fuq ir-ring.


No comments:

Post a Comment