Sunday, 13 August 2017

Dan ir-raġel qed jipprova jsib lil sid din il-karozza


Jekk inti sid din il-karozza, jew għaraftha u taf min hu sidha, ikkuntattja lil dan il-ġuvni.

Dan huwa l-ġuvni li lbieraħ ra din il-karozza taħbat u niżel mat-tfajla tiegħu biex jagħti l-ewwel għajnuna lill-vittma ta' ġo fiha.

Jidher li dan kien inċident ieħor ikrah li seħħ fit-toroq tagħna lbieraħ. Christian Aquilina, il-ġuvni li ppostja dan ir-ritratt fuq il-Facebook tiegħu, irrakkonta kif ilbieraħ kien qed isuq wara din il-karozza, raha taħbat, u niżel malajr mat-tfajla tiegħu biex jagħtu l-ewwel għajnuna lir-raġel li kien hemm ġo fiha. Issa qed jipprova jsib min hu dan ir-raġel għax jixtieq jiltaqa' miegħu u jsir jaf kif baqa' wara l-iniċident.

"Sfortunatament dan ir-ritratt biss għandi biex forsi jirnexxili nsib min int," kiteb Christian. "Jekk qed tara dan il-messaġġ ibgħatli kif bqajt sieħbi, j'Alla ma sabulek xejn gravi ħabib."

Fil-post tiegħu, Christian kiteb ukoll biex in-nies ma jiġġudikawx lil dan ir-raġel li ħabat, għaliex fi kliemu, dar-raġel ma kienx qed isuq b'aktar minn 60km fis-siegħa u ħassu ħażin wara l-isteering.

Għalhekk, aħna qed intennu l-appell ta' Christian minn fuq il-blog tagħna ta' Xarabank bit-tama li nsibu min hu l-vittma tal-inċident. Jekk sid il-karozza jara dan l-artiklu jista' wkoll jikkuntattja lilna u aħna ngħaddu l-kuntatt lil Christian.


No comments:

Post a Comment