sponsors

Saturday, 12 August 2017

Dan il-ġuvni għadu kif lesta tattoo enormi li tiksilu nofs ġismu


Iż-żagħżguħ Nick Vella għadu kif lesta din it-tattoo li damu jpinġuhielu madwar 150 siegħa. Tattoo li tiksilu nofs ġismu.

F'dan il-filmat, ippostjat minn Wayne Psaila, li huwa t-tattoo artist li għamilhielu, Nick jidher jippoża biex juri t-tattoo enormi li tgħattilu nofs żaqqu, saqajh, dahru kollu, u saħansitra tiksilu l-warrani.

"Għamiltha għax togħġobni," qalilna Nick meta tkellimna miegħu. "Qabel kelli xi żewġ tattoos oħra imma din l-ikbar waħda."

It-tpinġija hija dettaljata għall-aħħar u saret minn Wayne Psaila, li dam mhux inqas minn 150 siegħa biex lestiha.



"L-ewwel pinġejna l-outline kollu, imbagħad bdejna nimlew ġo fiha," qalilna Nick.

Lil Nick staqsejtu jekk jinkwetax li tattoo kbira bħal din tista' taffettwalu x-xogħol, ir-relazzjoni jew it-tfal aktar ’il quddiem. U weġibni: "Jien naħdem f'business tal-familja, jiġifieri x-xogħol mhux problema, u llum Malta n-nies saru jaħsbuha differenti fuq it-tattoos ukoll. Fuq ir-relazzjoni ma ninkwetax lanqas għax kif jgħid il-Malti, min iridek jieħdok kif inti, u fuq it-tfal...it-trobbija kollox...tattoo mhix se taffettwahom."

Din mhijiex l-ewwel tattoo enormi li pinġa Wayne. "L-aktar li jkunu jridu huwa japanese u realistic black and grey," spjegalna. "Din tal-aħħar hija bħalma għamilt lil Nick."

Wayne ilu jagħmel it-tattoos mill-1996, u qabad il-karriera li kellu missieru, li kien ilu f'dan in-negozju mill-1969.

"Niftakar kont ħadtlu l-apparat tat-tpinġija bil-moħbi, kellna kamra faċċata tal-ħanut ta' missieri, u malli hu kien jagħlaq, kont niftaħ jien, f'din il-kamra," jirrakkonta Wayne. "Wara sena nduna, kien ġie ħadli l-affarijiet u qalli 'mil-lum ’il quddiem int għal miegħi.'"

Wayne spjegalna li llum il-ġurnata m'għadekx tista' tgħid jekk hux l-irġiel jew in-nisa jfittxu l-aktar it-tattoos, għax kulħadd imur għalihom.

Meta staqsejtu jekk ikunx hemm min jistaqsih biex ipinġilu fuq il-partijiet ġenitali tiegħu, Wayne qalli: "Rari ħafna li tiġri, imma meta tiġri, ma naċċettax li npinġi."

Dawn huma xi tattoos oħra li pinġa Wayne.




Int x'taħseb? Togħġbok? Kieku int tagħmilha?

3 comments:

  1. Lanqas jekk tigini b xejn ma naghmilha! Sabiha hafna imma fuqi ma rridiex.

    ReplyDelete
  2. nice but he say the family story and he dint say how much he cost him . With that money i go for a cruise and enjoy but no way tatoos on me for sure

    ReplyDelete
    Replies
    1. but did he ask for your opinion on what he should spend his money on? NO ...so refrain from passing these pointless comments about what you would spend your money on...just appreciate the art and that is it.

      Delete