top bar

Monday, 7 August 2017

BIL-FILMAT: It-tieġ ta' Christine Haber u Francesco Catania


Ix-xahar li għadda Christine Haber u Francesco Catania ssiġilaw l-imħabba ta' bejniethom biż-żwieġ.


Il-filmat li jidher hawn taħt jiġbed il-mumenti uniċi ta' din l-okkażjoni speċjali. Mill-preparamenti fid-darhom għall-mument li qalu iva lil xulxin saċ-ċelebrazzjoni tat-tieġ.

Fil-bidu, omm Christine, Eileen Montestin tiddedika dan il-messaġġ lil bintha: "Waslet il-ġurnata qalbi. Inti taf li apparti li jien dejjem kont il-mummy u pprovajt mill-aħjar li nista' ngħallmek il-valuri ta' omm u bint, aħna dejjem konna ħbieb. U nispera li hekk ħa nibqgħu. Inti taf illi you have fulfilled my life u dejjem ngħidlek li inti you're my glow u inti hekk ħa tibqa'. Inħobbuk ħafna."

Christine u Francesco huma magħrufin għall-karattri tagħhom f'DéjàVu u f'It's Morris.

Xarabank jixtieq jawgura lil Christine u lil Francesco ħafna paċi u mħabba.


No comments:

Post a Comment