sponsors

Monday, 24 July 2017

X'se naraw fil-programm ta' Tough Luck illejla?


Illejla fuq Tough Luck se jilagħbu tliet kontestanti li se jikkompetu biex jirbħu r-rigal li jixtiequ huma. F'dan il-programm se nisimgħu l-storja ta' ħu Joseph Randic, li miet biex isalva żewġt itfal.


Aħna tkellima ma' Jurgen Manicolo, assistant producer ta' dan il-programm, li jgħidilna fuq il-parteċipanti tal-programm tal-lejla.

Ikellimna fuq Daniela Farrugia, parteċipanta li se tkun qiegħda tilgħab fil-programm tal-lejla. "Ix-xewqa tagħha hi li tiltaqa' mal-omm bijoloġika tagħha. Meta kellha biss ftit ġranet, Daniela ġiet addottata minn familja Maltija u tispjegalna kif huma tawha l-imħabba u l-valuri imprezzabbli." Jgħidilna li Daniela ftit li xejn għandha informazzjoni dwar il-familja tagħha imma qalulha li tixbah ħafna lil ommha. Iżid jgħid: "Wara ħafna riċerka, irnexxielha ssib xi ħaġa li għaliha kienet il-bidu għall-ikbar pass li jmiss. Jekk tirbaħ, Daniela se tingħata vjaġġ għal Bucharest biex din il-ħolma ssir realtà."

Parteċipant ieħor huwa Joseph Randich li jixtieq jirbaħ treadmill. "Joseph huwa missier ta' żewġt itfal li jagħmel minn kollox għalihom. Ftit rajt missirijiet bħalu, li lest li jitlef kollox biex jiddedika ħafna mill-ħin tiegħu matul il-ġurnata għalihom," jispjegalna Jurgen. Iżid jgħidilna li t-tfal diġà qalulhom li jekk jirbaħ missierhom żgur se jispiċċa ma jużahiex għax huma se jkunu l-ħin kollu fuqha. Dwar dan il-parteċipant, Jurgen jgħidilna li Joseph jammira ħafna lil ħuh li miet biex isalva lil żewġt itfal li kienu qed jegħrqu.

Stephanie Abood hija l-aħħar parteċipanta tal-lum, li x-xewqa tagħha hi li tqatta' ġurnata f'razzett mimli majjali żgħar. "Din il-fissazzjoni fil-majjali ilha minn mindu kienet żgħira. Fil-fatt xħin morna d-dar tagħha stajna naraw kollezzjoni kbira ta' majjali ta' kull xorta u qis," jispjegalna Jurgen. Jgħidilna li filwaqt li ħafna jafu lil Stephanie minn fuq programmi ta' diskussjoni għax hi skjetta, hija persuna li ma tiddejjaq xejn titkellem magħha fuq kwalunke suġġett u persuna li tferraħ lil min ikun madwarha.

Aħna nawguraw lill-kontestanti kollha good luck, u mhux tough luck!

No comments:

Post a Comment