sponsors

Monday, 31 July 2017

Toħroġ minn soru wara 31 sena magħluqa f'kunvent tal-Klawsura


Illejla din l-eks soru se tirrakkonta xi ġralha f'Tough Luck

Ta' 15-il sena daħlet soru tal-Klawsura. Għamlet 31 sena magħluqa mas-sorijiet. Ma toħroġ qatt minn hemm ġew. Sakemm ta' 46 sena ħasset lill-Mulej jgħidilha: "It-triq tiegħek tieqaf hawn."

Xi ġralha wara li telqet mill-Klawsura ta' fuqha senduqha? Tiltaqgħu ma' din l-eks soru llejla waqt il-programm Tough Luck. L-istorja tagħha tkompli. Tgħid ix-xewqa sempliċi li għandha se tinqata' llejla waqt il-programm?

Jurgen Manicolo, wieħed mill-producers ta' Tough Luck, jgħidilna li llejla Christian Debono se jkun qed jilgħab f'Tough Luck bit-tama li jaqta' x-xewqa li jqatta' ġurnata mal-band Tribali. Illejla niltaqgħu wkoll ma' Daniela Micallef, xufiera ta' trakk tal-kostruzzjoni. Daniela għandha xewqa li jkollha television kbir.

Staqsejna lil Jurgen min se jirbaħ illejla u pront weġibna "segwu l-programm Tough Luck fuq TVM, wara l-Aħbarijiet tat-8pm!"

No comments:

Post a Comment