top bar

Tuesday, 25 July 2017

Titkellem magħna l-mara ta' Frank Portelli

Ritratt: Frank Portelli flimkien ma' martu Jenny 
1.      X’kienet ir-reazzjoni tiegħek xħin ġie qallek li se jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista?


Meta Frank qalli li se jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista ma kontx sorpriża għax kont naf illi kien ilu jħoss li jrid jagħmel xi ħaġa konkreta kontra l-korruzzjoni f'pajjiżna u biex jerġa jgib lura dawk in-nies li għal raġuni jew oħra telqu jew ma vvutawx għall-Partit Nazzjonalista.

2.      Kemm domt taħseb fuqha biex tajtu r-reazzjoni tiegħek?

Peress li kont naf x'kien qiegħed iħoss, tajtu r-risposta mal-ewwel.  Għedtlu li jekk kien qiegħed iħoss ġo qalbu li jrid imur għal din is-sejħa daqshekk diffiċli, mela jiena kont lesta nissupportjah sal-aħħar.

3.      Tkellimt ma’ xi ħaddieħor tal-familja?

Iva, tkellimna ma’ Ġorġ, it-tifel tagħna ax deċiżjoni bħal din taffettwa l-familja kollha.

4.      Kieku għedtlu ‘le’ taħseb li xorta kien jikkontesta?

Le ma kienx jikkontesta għax bħalma għedt qabel, deċiżjoni bħal din taffetwa l-familja kollha, allura kulħadd irrid jiġbed ħabel wieħed.

5.     Konxja li jekk isir hu Kap tal-Partit Nazzjonalist, inti se ssir persuna pubblika jew aktar pubblika? U kif tħares lejha din?

Ngħidlek il-verità nsibha diffiċli nemmen il-fatt li nista nsir persuna pubblika għax jiena persuna li nħobb il-privatezza tiegħi. Però la darba ħadt id-deċiżjoni li se ngħin lil Frank fdin il-kampanja, lesta naċċetta l-pubblicità wkoll.

Ritratt: Jenny Portelli
6.      Fil-kampanja qed tagħtih xi pariri? Jeħodhom?

Jekk taqta!  Infatti jekk jaħseb illi l-parir huwa validu, malajr jagħmilha tiegħu u jispicca fuq il-Facebook page tiegħu!! 

7.      Jekk isir Kap tal-Partit Nazzjonalista, tħoss li inti jkollok iżżomm ċerti ħsibijiet għalik ‘biex ma tinħoloqx sitwazzjonijiet imbarazzanti’?

Jiena naħseb li fil-ħajja jkun hemm sitwazzjonjiet fejn tista’ twassal il-messaġġ tiegħek b’mod diplomatiku.

8.      Inti li tafu daqshekk mill-qrib, għidilna 3 karatterisitiċi pożittivi li minħabba fihom għandhom jivvutawlu?

Lealtà, integrità u onestà anki fiż-żminijiet iebsin.

9.      Inti li tafu daqshekk mill-qrib tista’ tgħidilna xi ħaġa li kważi ħadd ma jaf dwaru?

Dejjem xtaq ikun kaptan tal-vapur tal-containers.

10.  Iġri tgħaddi jew iġri tasal?

Jiena ma nħobbx ngħaġġel ilajja!

Il-Ġimgħa li għadda Xarabank bagħat dawn il-mistoqsijiet lin-nisa kollha tal-kandidati li qed jikkontestaw għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. 

No comments:

Post a Comment