Tuesday, 25 July 2017

Titkellem magħna l-mara ta' Chris Said

Ritratt: Chris Said flimkien ma' martu Linda Attard Said




1.      X’kienet ir-reazzjoni tiegħek xħin ġie qallek li se jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista?


Id-deċiżjoni ħadnieha flimkien, ovvjament, u allura ma kien hemm l-ebda element ta’ sorpriża.

2.      Kemm domt taħseb fuqha biex tajtu r-reazzjoni tiegħek?

Kif għidtlek qabel, ħsibnieha flimkien u fit-tul. Hi deċiżjoni li tħalli impatt fuq il-familja kollha u allura mhix għażla ta’ persuna waħda, jew deċiżjoni li tista’ tieħu ta’ malajr.

3.      Tkellimt ma’ xi ħaddieħor tal-familja?

Sakemm ħadna d-deċiżjoni bejnietna, le. Imbagħad l-ewwel nies li infurmajna kienu dawk tal-familja, bix-xieraq. Fl-aħħar mill-aħħar hi deċiżjoni li tolqot lilhom ukoll.

4.      Kieku għedtlu ‘le’ taħseb li xorta kien jikkontesta?

Ovvjament li le. Impossibbli li tidħol għal kariga bħal dik mingħajr l-appoġġ totali tal-familja.

5.      Konxja li jekk isir hu Kap tal-Partit Nazzjonalist, inti se ssir persuna pubblika jew aktar pubblika? U kif tħares lejha din?

Nista’ nimmaġina li wiċċi jibda jidher iżjed ’l hawn u ’l hemm però mhix xi ħaġa li ddejjaqni. Kull fejn stajt ngħin lil Chris – inkluż billi nkun miegħu għal ċertu avvenimenti – qatt ma qgħadt lura. Però nammetti li m'iniex xi ħadd li jfittex il-popolarità. L-importanti li nappoġġja bi sħiħ lil Chris u li naraw li l-familja ma tintlaqatx ħażin. It-tliet uliedna l-iżjed ħaġa prezzjuża.

Ritratt: Linda Attard Said

 
6.      Fil-kampanja qed tagħtih xi pariri? Jeħodhom?

Il-pariri tiegħi ġeneralment huma aktar fuq affarijiet tal-ħajja ta’ kuljum, bħal x’jilbes. Però meta nħoss li għandi nikkontribwixxi, ma noqgħodx lura.  Iva, generalment, il-pariri jeħodhom jew niddiskutuhom.

7.      Jekk isir Kap tal-Partit Nazzjonalista, tħoss li inti jkollok iżżomm ċerti ħsibijiet għalik ‘biex ma tinħoloqx sitwazzjonijiet imbarazzanti’?

M'iniex it-tip ta’ persuna li tħobb ħafna l-attenzjoni u allura ma nimmaġinax li jista’ jkun hemm xi sitwazzjoni fejn nista’ nimbarazza, b’xi mod, lil Chris.

8.      Inti li tafu daqshekk mill-qrib, għidilna 3 karatterisitiċi pożittivi li minħabba fihom għandhom jivvutawlu?

Chris it-tip ta’ bniedem determinat, persistenti u li kapaċi jaħdem ma’ kulħadd.

9.      Inti li tafu daqshekk mill-qrib tista’ tgħidilna xi ħaġa li kważi ħadd ma jaf dwaru?

Li, meta jkun qed jara quiz show fuq it-TV, jimmaġinah il-kontestant u jinsa li jkun qiegħed fuq is-sufan.

10.  Iġri tgħaddi jew iġri tasal?

La tkun waslet allura s-sajf ikun kważi għadda u s-sajf lili jogħġobni. Allura, ħalliha ħa tasal mingħajr ebda għaġla!

Ritratt: Chris Said flimkien ma' martu
Il-Ġimgħa li għadda Xarabank bagħat dawn il-mistoqsijiet lin-nisa kollha tal-kandidati li qed jikkontestaw għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. 

No comments:

Post a Comment