sponsors

Tuesday, 25 July 2017

Titkellem magħna l-mara ta' Adrian Delia

Ritratt: Adrian Delia flimkien ma' martu Nicole Vella De Fremeaux

1.      X’kienet ir-reazzjoni tiegħek xħin ġie qallek li se jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista?



Kont kburija illi r-ragel u l-familja tagħna konna ser nieħdu pass sabiex umilment nagħtu sehemna biex insaħħu l-partit fl-oppożizzjoni u konsegwentement naċċertaw li fl-elezzjoni li jmiss insaħħu d-demokrazija f'pajjiżna.

2.      Kemm domt taħseb fuqha biex tajtu r-reazzjoni tiegħek?

Biex ngħidlek id-dritt domt nogħmod u għadni sal-ġurnata tal-lum ma nafx x'laqatna. 

3.      Tkellimt ma’ xi ħaddieħor tal-familja?

Iva tkellimt ma' tal-familja u mal-ħbieb tal-qalb.

4.      Kieku għedtlu ‘le’ taħseb li xorta kien jikkontesta?

Naħseb illi filwaqt illi Adrian u jiena dejjem nieħdu deċiżjonijiet bħala koppja nħoss u nemmen illi fil-każ odjern, peress illi Adrian ħass illi kien wasal -żmien illi jsegwi l-vokazzjoni politika tiegħu (u dan speċjalment wara t-tieni telfa storika elettorali li per se tikkostitwixxi theddida għad-demokrazija f'pajjiżna) kien jikkontesta indipendentement mill-benedizzjoni tiegħi.

5.      Konxja li jekk isir hu Kap tal-Partit Nazzjonalista, inti se ssir persuna pubblika jew aktar pubblika? U kif tħares lejha din?

Inħares lejha bħala sfida kbira - però naf illi kif dejjem għamilt ser inkun l-ewwel u qabel kollox omm għal 5 uliedna li għadhom żgħar u għandhom bżonni iktar minn qatt qabel - it-tfal l-ewwel u qabel kollox.

Ritratt: Nicole Vella De Fremeaux

6.      Fil-kampanja qed tagħtih xi pariri? Jeħodhom?

Le ma ntihx pariri. Għandu tim kapaċi u mimlijin enerġija. F'kull każ mill-bidu konna ftehmna illi jiena nibqa l-ewwel u qabel kollox (u dan indipendentament mill-ħajja politika) mara indipendenti, omm, filantropika, opinjonista u avukat.

7.      Jekk isir Kap tal-Partit Nazzjonalista, tħoss li inti jkollok iżżomm ċerti ħsibijiet għalik ‘biex ma tinħoloqx sitwazzjonijiet imbarazzanti’?

Iebsa din - però naħseb illi li nissottometti ruħi ser tkun impossibbli. Dan għax bħala persuna dejjem nimxi skont dak li nħoss huwa ġust u ekwu indipendentament mill-politika. Dak li huwa ħażin jibqa ħażin filwaqt li dak li huwa tajjeb jibqa tajjeb indipendentament mill-partit/individwu.  

8.      Inti li tafu daqshekk mill-qrib, għidilna 3 karatterisitiċi pożittivi li minħabba fihom għandhom jivvutawlu?

Onest, determinat u kapaċi.

9.      Inti li tafu daqshekk mill-qrib tista’ tgħidilna xi ħaġa li kważi ħadd ma jaf dwaru?

Huwa romantiku għall-aħħar. 

10. Iġri tgħaddi jew iġri tasal?

Iġri tgħaddi.


Il-Ġimgħa li għadda Xarabank bagħat dawn il-mistoqsijiet lin-nisa kollha tal-kandidati li qed jikkontestaw għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. 

No comments:

Post a Comment