top bar

Monday, 10 July 2017

Tfal mill-Kulleġġ Santa Klara jirbħu quiż dwar l-iżvilupp sostenibbli



Nathan Spiteri Hogan, Beatrice Mizzi u Kyle Borg mill-Kulleġġ Santa Klara f’Pemrboke rebħu l-programm ‘Ekoteenz Quiz’. Dawn it-tfal għandhom 12-il sena u għadhom kemm spiċċaw il-Form 2.


Il-kompetizzjoni kienet bejn 16-il skola, u t-tfal li ħadu sehem irrappreżentaw lil iskejjel rispettivi tagħhom. Waqt il-programm, fost l-oħrajn kellhom jirrispondu mistoqsijiet fuq diversi suġġetti, fosthom l-użu sostenibbli tal-ilma, l-immigrazzjoni, it-trasport, il-frott u l-ħxejjex, l-iskart organiku u Xrobb l-Għagin.


Il-programm ‘Ekoteenz Quiz’ ġie mtella’ minn Gabriella Parsons bil-kollobarazzjoni ta’ YRE Malta - Young Reporters for the Environment

No comments:

Post a Comment