sponsors

Monday, 10 July 2017

Saret iżjed komuni li timrad bil-kanċer milli tiżżewweġ

Image result for cancer patient


Statistika ġdida turi li saret iżjed komuni li persuna timrad bil-kanċer milli tiżżewweġ jew ikollha tarbija. Skont il-figuri maħruġa minn Macmillan Cancer Support, fl-2014, fl-Ingilterra kien hemm 361,216 -il persuna li nstabilhom kanċer, filwaqt li kien hemm biss 289,841-il persuna li f’dik l-istess sena żżewwgu.


U fl-2015 kien hemm 289,841 mara li kellhom l-ewwel tarbija, filwaqt li kien hemm 319,001 persuna li nstabilhom kanċer.

Fl-aħħar 10 snin, iżjed minn 1.2 miljun persuna fl-Ingilterra nstabilhom kanċer, u madwar 25% minnhom kellhom inqas minn 40 sena meta qabadhom. L-istudji jkomplu juru li madwar nofs il-popolazzjoni se tgħaddi mill-esperjenza tal-kanċer tal-anqas darba f’ħajjitha.

Studju ieħor li wkoll sar fl-Ingilterra jirriżulta li l-marda tal-kanċer hija l-iżjed marda li tbeżża lin-nies (37%). jed mid-dimensja (27%), stroke ( 7%), dipressjoni (4%), mill-mard tal-qalb (4%) u mill-multiple sclerosis (2%).

Jirriżulta wkoll li 10% tal-Ingliżi kollha, aktar jibżgħu mill-kanċer milli jibżgħu li jitilfu lil xi ħadd viċin tagħhom u milli jmutu huma stess u milli jesperjenzaw attakk terroristiku.

No comments:

Post a Comment