Tuesday, 11 July 2017

Mill-panel ta’ Xarabank għal Kappilan


Father Brian, waqt il-quddiesa li fiha ġie maħtur bħala kappillan
mill-Arcisqof ta' Malta, Charles Scicluna. 
Nhar il-Ħadd waranofsinhar, Father Brian Gialanzè ġie maħtur bħala l-Kappillan il-ġdid tal-parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Kalkara.


Ftit snin ilu, Dun Brian flimkien ma tliet saċerdoti oħra, kienu mistednin fuq Xarabank tliet xhur biss qabel laħqu saċerdoti. Storja li rrakkonta dan s-saċerdot waqt il-programm kienet meta darba mar jara logħba futbol u ltaqa' ma' koppja.

“Darba kont għajjien u dħalt nieħu flixkun birra ġo ħanut," jirrakkonta Dun Brian "Kien hemm koppja tħares lejja u wara li damet taħsibha mhux ħazin, ħarsu lejja u qaluli 'qatt ma rajna qassis jixrob il-birra.' U minn hemm bdejt nitkellem magħhom.

“Is-sigriet huwa li tikkomunika ma kulħadd b’kull mezz li jibagħtlek il-Mulej,” qalilna Dun Brian bi tbissima.

Il-Mument li fih father Brian jiġi ikkonsagrat bħala saċerdot.


Father Brian huwa saċerdot b’differenza. Kull min xi darba attenda quddiesa ta’ dan is-saċerdot żgur spiċċa joħroġ mill-knisja bi tbissima. Saċerdot li waqt l-omelija jirrakonta xi storja ħelwa b’tagħlima. It-tfal tal-parroċċa kien itellagħom kollha fuq l-artal waqt il-konsagrazjoni u t-tfal kienu jħossuhom parti minnha u jipparteċipaw bis-sħiħ waqt il-quddiesa.



Saċerdot li bis-sempliċita tiegħu għaqqad ħafna zagħzagħ għax jikkomunika magħhom b’mod differenti. Meta kien saċerdot fil-parroċċa ta’ Raħal il-Ġdid, dan is-saċerdot ħoloq il-karattru ta’ Josie. Josie huwa buffu. U fil-fatt, Dun Brian jilbes ta' dan il-buffu biex iferraħ u jwassal il-Kelma ta’ Alla lit-tfal tal-parroċċa b’mod differenti.

Father Brian maz-zagħzaqgħ waqt l-eżerċizzji tat-tfal fl-iskejjel. 


Meta staqsejnieh dwar ix-xogħol li se jkun qed jagħmel fil-parroċċa l-ġdida tiegħu, Dun Brian qalilna: “Jien noħlom li jkollna paroċċa sabiħa u magħquda u nixtieq minn qalbi li din il-ħolma ssir realtà.”

Dawn huma l-kummenti li ħadna lil Dun Brian u lill-Arċisqof Charles Scicluna minuti wara li spiċċat il-quddiesa tal-pussess fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara.

1 comment:

  1. Jalla l-parrocca tal-Kalkara tilqa' verament lil Dun Brain Gialanze imma basta mhux lill- Arcisqof ghax ma tantx fih x'gost x'tilqa'

    ReplyDelete