sponsors

Thursday, 20 July 2017

Inti tbati minn bipolar?


Il-grupp  Be Positive – Bipolar Self-help, Malta” se jorganizza laqgħa għal dawk kollha li jbatu b’din il-kundizzjoni u għal dawk li jieħdu ħsiebhom. 


Din se ssir għada, fis-6.30 ta’ filgħaxija fil-kappella Russa tal-Palazz ta’ San Anton. Min jattendi jrid jieħu miegħu l-karta tal-identità tiegħu.
  
Ta’ min jiftakar li minħabba li l-laqgħa se ssir fil-kappella, biex jiġi rrispettat il-qdusija tal-post, ma jistax jintlibes ilbies qasir.
Ritratt: Be Positive - Bipolar Self help.


No comments:

Post a Comment