sponsors

Friday, 28 July 2017

Josie Coppini jagħlaq 19-il sena mejjet


Komiku u attur magħruf. Kantant tal-mużika klassiku u raġel tal-familja. Josie Coppini li jibqa' magħruf bħala r-Ronnie.
Josie li ħadem anke f’partijiet serji, żgur li baqa' magħruf għall-parti ta’ Ronnie. Raġel ġwejjed u li jibża' minn martu; mara dominanti, parti maħduma minn Maryrose Mallia.

Josie Coppini twieled il-Belt Valletta u ħa l-edukazzjoni fil-Kulleġġ Stella Maris, Gżira. Fl-aħħar tas-snin disgħin, Coppini kien imħarreġ bħala baritonu minn zijuh, Joseph Satariano.

Fil-fatt l-ewwel imħabba lejn il-palk kienet permezz tal-mużika, liema passjoni ġiet mill-familja. 


Wara kors, huwa ħa t-tmexxija fil-produzzjoni She's Done It Again.


Fost oħrajn ħa sehem ukoll fl-opra Ġensna, Iskra u fil-La Traviata ta' Verdi fit-Teatru Manoel.

Josie kellu diversi partijiet ukoll fil-films The Trenchcoat, Final Justice u Black Eagle. 
Produzzjonijiet oħra li ħa sehem fihom huma Triq Waħda, interpreta l-parti tas-Sur Nin fis-serje F'Baħar wieħed (1977), In-neputija tal-kappillan u fil-produzzjoni Issa naraw.

L-aħħar dehra tiegħu kienet fil-produzzjoni popolari tal-PBS, Ir-Ronnie fejn żgur kulħadd jiftakar lil Maryrose ssejjaħlu 'purċinell'. 


Huwa miet it-Tlieta 28 ta’ Lulju, 1998 fl-eta' ta 64 sena. Id-difna saret fiċ-ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata, Raħal Ġdid.

Josie Coppini kien figura popolari fost il-Maltin, li ammiraw il-karattru ferrieħi tiegħu.

No comments:

Post a Comment