Wednesday, 5 July 2017

Jekk għadek qatt ma smajt b'din il-kantanta Għawdxija, se ssir taf biha llum


F'dal-pajjiż, meta taħseb li tkun rajt u smajt it-talent mużikali kollu, jitfaċċa xi ħadd ieħor li jimmeraviljak bl-abbiltajiet mużikali li għandu jew għandha. U jekk għadek ma smajthiex jew ma rajthiex, il-kantanta Għawdxija Sarah Bonnici hija waħda minn dawk li jimpressjonawk.

F'dal-jiem għadha kif nediet il-kanzunetta ġdida tagħha Breathe Your Love u din il-kanzunetta diġà qed tindaqq fuq ir-radjijiet lokali.
Fix-xhur li għaddew Sarah bdiet taħdem fuq din il-kanzunetta, li hija t-tieni waħda tagħha wara li fl-2015 ħarġet il-kanzunetta Bandwagon.


Miktuba minn Kevin Borg u Simon Gribbe, Breathe Your Love hi taħlita ta' pop u dance, u Sarah tistqarr li din hija kanzunetta friska, kurrenti u waħda li tieħu gost tinterpreta. Sarah iżżid tgħid li tinsab kuntenta li kellha opportunità li taħdem fuq kanzunetta mal-personalità u l-kantawtur magħruf Kevin Borg.

Kevin ukoll għandu kliem ta' tifħir lejn Sarah u jistqarr: "Ninsab impressjonat mill-abilitajiet ta' Sarah bħala kantanta u ħassejt li bilfors kelli naħdem magħha. Ġiet il-muża u kont naf mill-ewwel li Sarah kienet il-kantanta ta' Breathe Your Love."

It-tim flimkien ma' Sarah ħadmu biex il-kanzunetta tkun effettiva u għalhekk ħarġu vidjow bil-lirika, li fih jinkludi disinji u kuluri affaxxinanti.

Biex issir taf iktar fuq Sarah Bonnici u fuq din il-kanzunetta żur il-paġna uffiċjali tagħha fuq Facebook.

2 comments:

  1. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete

  2. She's one of a kind. In love with her since the beginning of her career. Keep it up Sarah ��

    ReplyDelete