sponsors

Friday, 7 July 2017

Il-Coldplay joħorġu diska għal grupp Malti li jsalva l-immigranti


Il-grupp mużikali Coldplay ħareġ diska li l-qligħ minnha se jmur għall-organizzazzjoni Maltija Migrant Offshore Aid Station, magħrufa aħjar bħala MOAS.
Bid-diska Aliens, il-MOAS stqarr li bil-flus li se jaqilgħu minnha se tingħata iktar għajnuna għat-tfittxija u għas-salvataġġ tal-immigranti fil-baħar Mediterranju.

Il-MOAS huma organizzazzjoni mmexxija minn Regina Catrambone, Taljana li tgħix Malta mal-familja tagħha. Regina tirrakkonta li wara li semgħet lill-Papa jitkellem dwar l-immigranti f'Lampedusa, ġietha l-idea li tixtri dgħajsa kbira u toħroġ hi stess, flimkien ma' crew sħiħ, issalva lill-immigranti irregolari li jkunu qed jaqsmu mill-Afrika għall-Ewropa.

Il-grupp MOAS qal li jinsab grat lejn Coldplay u lejn it-tim kollu għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Temm jgħid li ma setax isib xi ħadd aħjar biex jgħin fil-missjoni tiegġu u biex jaqsam dak jemmnu fih, li ħadd ma jistħoqqlu jmur fil-Mediterran.

Din hija d-diska li ħarġu l-Coldplay:



U dan huwa feature li konna għamilna f'Xarabank dwar il-proġett MOAS:

 

No comments:

Post a Comment