Monday, 31 July 2017

Għal min jixtieq jaddotta dan il-hamster...


Dan il-hamster instab f'nofs ta' triq u qed ifittex li jiġi addottat minn xi ħadd.

Dan il-hamster intlemaħ fi triq minn persuna illi kienet miexja bil-kelb tagħha. Fuq post fuq Facebook il-persuna li sabitu qalet li ħassitha ddispjaċuta għax il-hamster kien fis-sħana għall-ħin twil.

Żiedet tgħid li qed jiddispjaċiha wkoll li ma tistax iżżommu. Pero', fuq nota pożittiva jidher li ħafna nies iriduh u qed joffru li jilqgħuh ġo darhom.

Jekk inti interessat, ibagħtilna messaġġ fuq Facebook.

No comments:

Post a Comment