sponsors

Monday, 31 July 2017

Franco Debono lil min se jivvota?


F'intervista li xarabank.com.mt għamel ma' Franco Debono, Dr Debono sostna li huwa għadu tesserat mal-Partit Nazzjonalista. Jgħid: “Qatt ma ġejt infurmat li ma għadnix tesserat. Fil-fatt sentejn ilu bagħtuli mill-PN biex inħallas it-tessera. Dan ifisser li għadni tesserat.”

Jekk, skont Franco Debono,  għadu tesserat, allura jista' jivvota biex jagħżel il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Lil min kieku jivvota?
Franco Debono jwieġeb hekk: “Żgur ma nivvutax lil xi ħadd li qatt ma lagħab futbol u b'opportuniżmu sfaċċat jippretendi li jsir captain."

Kieku Franco Debono għadu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, kien hemm probabiltà kbira li jkun parti mit-tmexxija tal-Partit. Staqsejna lil Franco Debono jekk illum jiddispjaċihx għal dak li kien għamel u jekk kienx jagħmel l-istess illum. Weġibna: “Dak li għamilt kien measure of last resort u nixtieq ma ġejtx f'pożizzjoni li kont kostrett nieħu ċerti stands. Kont qed nimbotta riformi importanti. Jiddispjaċini li weġġajt nies li kienu u għadhom ħbieb tiegħi u nies li appoġġjawni. Kieku llum, le, ma nerġax nagħmel dak li għamilt fi żmien Gonzi. Minkejja li dak iż-żmien kelli ħafna paċenzja llum nifhem li kelli bżonn ħafna iżjed paċenzja u kieku llum nibqa' nippersisti nipprova nbiddel minn ġol-Partit.” 
  
Wara l-aħħar elezzjoni Franco Debono jgħid li kienu ħafna dawk li ħajruh jikkontesta l-elezzjoni għall-Kap tal-PN. Tant kien hemm rispons qawwi, li Franco Debono kkummissjona stħarriġ xjentifiku li sar minn Sagalytics.

F’dan l-istħarriġ, li xarabank.com.mt għandu kopja tiegħu, jirriżultaw ħafna punti interessanti. Insibu li 53% ta’ dawk li fl-aħħar elezzjoni jew ta’ qabilha vvutaw PN jaħsbu li Franco Debono kellu raġun fil-kritika li kien  jagħmel. Skont dan l-istħarriġ, 73% ta’ dawk li vvutaw PN fl-aħħar elezzjoni jew f’ta' qabilha, jgħidu li Franco Debono kellu jingħata aktar spazju biex jaħdem.

Ironikament, 54% ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ ma kinux jafu jsemmu issues li Debono kien qajjem fil-Parlament waqt li l-bqija semmew li Debono tkellem fuq il-qasam tal-ġustizzja u tal-kostituzzjoni, fost oħrajn.

Fost dawk li vvutaw PN fl-aħħar elezzjoni jew ta' qabilha, 43% jaħsbu li llum, Franco Debono jista' jkollu kariga fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

Tlabna l-kummenti ta’ Franco Debono dwar dan l-istħarriġ:

“Dawn ir-riżultati juru li minkejja sentiment ta' ostilità mill-Partit għal diversi snin, xorta ngawdi minn sentiment ta' appoġġ sostanzjali fil-PN u l-Partit irid jagħmel eżami profond tal-kuxjenza biex jifhem kemm żbalja meta ma ħallinix naħdem u ċaħħad lilu nnifsu minn element li seta' kien utli ħafna. Wasal iż-żmien li l-PN jibda jaffaċċja domandi li ilu jitfa' taħt it-tapit. Li l-issues kienu validi u li kelli raġun kienu diġà ċari mir-riżulati elettorali kif ukoll mill-fatt li r-riformi li pproponejt ġew implimentati.”

Staqsejna lil Franco Debono min jaħseb li se jkun il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista: “Nemmen li mill-kontestanti hemm min għandu l-esperjenza neċessarja biex jieħu f'idejh ir-riedni tal-partit f'dan l-mument tant diffiċli u delikat. Nemmen li se jsir kap mhux min ipaċpaċ l-aktar, imma min għandu track record biex isostni dak il-kliem u wegħdi.”

10 comments:

  1. Lil Franco jien nghidu hekk .ghaziz footballer g hawn players tal football tajbin hafna u dawk qanqas tajbin.per jibqaw il fatt .li ahjar tkun qatt ma lab football milli il management jitfak reserve u ghax tefak reserved tradixI lit team tieghek stess int mhux dejju

    ReplyDelete
    Replies
    1. Korrezjoni. Franco Debono ma' ghamilx li ghamel ghax spicca sostitut. Franco Debono ghamel li ghamel ghax xogholu qadt ma taw kasu,prova johrog lill partit minn go hajt u imbuttawh lil hemm menti li kien hemm nies jiffangaw u jghowmu fill korruzzjoni li FD fetah ghajnejn LG fuq dawn in0nies mentri li hadd ma' ta' kas xbeda jghid FD.

      Li tkun sostitut mijiex xi haga hazina. IMMA LI TKUN IRRELEVANTI GHALL DAK LI JKUN HIJJA PJUTTOST GRAVI HAFNA!!!

      Delete
  2. Qed tghid li tefghu reserve u ghamel dan kollu:

    http://www.riformagustizzja.com/

    Mentri min kien inkarigat bi progetti u responsabiltajiet kbar jew ghaffgu jew raqdu.

    Min kien qed jitradixxi l partit u l pajjiz?

    ReplyDelete
  3. Qed tghid li tefghu reserve u ghamel dan kollu:

    http://www.riformagustizzja.com/

    Mentri min kien inkarigat bi progetti u responsabiltajiet kbar jew ghaffgu jew raqdu.

    Min kien qed jitradixxi l partit u l pajjiz?

    ReplyDelete
  4. Franco, lilek in-nazzjonalisti ma jridux jafu bik mhux minhabba dak li ghamilt taht Gonzi imma minhabba dak li m'ghamiltx taht Muscat. Korruzzjoni lampanti u aqqas tniffist. U tghid li Delia huwa l-opportunist!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Franko la huwwa mp tall pl la huwwa fl ezekuttiv u lanqas huwwa parti mill kabinett ta muscat.

      Kien hemm hafna pampaluni fill parlament li setaw jitkellmu fuq dak li kien qed isir f pajjizna imma min flok ghazlu li jibqaw ipecilqu fuq kazijiwt li ma hemm l ebda prova fuqhom! u li mahrugin minn blogger li hlief hdurijja ma' titfax!!

      Delete
  5. il coach tal Germanja 3rd divisKien ion kien jilaghab illum huwa wiehed mill aqwa coaches.Anke Berzot qatt ma laghab football u rebah il world cup ma l-Italia.Kien gurnalist.

    ReplyDelete
  6. Franco lilek il-klikka ma riditikx u sewwa ghamilt li tlaqthom ghax il-PN huwa partit tal-klikek u jekk ma tkunx min ta' gewwa allura iwarbuk.

    ReplyDelete
  7. Inhoss li ghandi nghid tieghi ukoll, jien hu wiehed minn dawk li opponejt li dan ir-Ragel jerga jkun fihdan il Partit ghax hassejt li ghamel zbal li seta bhlma qal hu stess ma sehhx b'dak il mod, l-punt tieghi hu dan,
    ejja nghidu li veru zbalja u li anke hu ametta Imma hawn nidhlu ftit fl-istorja, Dan Allura nghid jien KOLLOX HAZIN GHANDU ? ma kellu jew ghandu xejn li Hu TAJJEB ?
    Nieqaf hawn.

    ReplyDelete
  8. Xi jghid dear players tal-football li jiskurjaw l-autogoals INTENZJONATI dan l-IRRILEVANTI?

    ReplyDelete