Tuesday, 11 July 2017

Dwayne 'The Rock' Johnson ser jikkontesta l-Elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti?


Fi programm Amerikan li xxandar nhar is-Sibt li għadda, l-attur famuż Dwayne Johnson ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-Elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti fl-2020.
Din kienet ċajta. L-attur, magħruf aħjar bħala The Rock, qal li se jkun qed jikkontesta l-Elezzjoni Presidenzjali tal-2020. Dan qalu waqt il-programm famuż Saturday Night Live.

Dwayne Johnson ma kienx l-unika artist li qal li se jikkontesta għall-elezzjoni tal-2020 għaliex anke l-artist Kanye West kien qal li jixtieq jikkontesta. Però wara li iltaqa’ mal-President preżenti Donald Trump qal li mhux ser jikkontesta fl-2020, imma fl-2024. Id-differenza bejn dak li qal The Rock u dak li qal Kanye West hija li ta The Rock hija ċajta. L-oħra mhix.

Dawn t’hawn taħt huma biċċiet mill-filmat taċ-ċajta li għamel The Rock, li fiha tinkludi artisti kbar oħrajn, bħal Tom Hanks.


No comments:

Post a Comment