top bar

Thursday, 27 July 2017

Dan il-Membru Parlamentari għadu kif ta kilwa lil xi ħadd li ma jafx


Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ivan Bartolo lbieraħ ta kilwa lil xi ħadd li ma jafx.



Dalgħodu, Peppi Azzopardi kiteb dan il-messaġġ dwar dan il-ġest: "Rari nkun bla kliem. Imma ma nistax insib kliem addattat biex niddeskrivi s-solidarjetà ta' Ivan Bartolo li ta kilwa lil persuna li hu ma jafx min hi. Ivan mhux biss jemmen fil-valuri ta' Kristu imma jgħixhom. U nfakkar, għal dawk li dejjem jipprovaw ikissru lin-nies fil-politika, li dan ir-raġel huwa Membru Parlamentari. Kburi li nafek Ivan u tgħallimt mingħandek fuq in-nies fil-bżonn."


No comments:

Post a Comment